Din it-taqsima tiffoka fuq kif id-Direttiva NIS isaħħaħ l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri billi teżiġi li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-Iskwadri tar-Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters (is-CSIRTs) ikunu effettivi. B’mod aktar preċiż, din it-taqsima tkopri l-obbligu li jinħatru awtoritajiet nazzjonali kompetenti, inkluż bir-rwol ta’ punt uniku ta’ kuntatt. Din tiddiskuti tliet temi: (a) l-istrutturi nazzjonali ta’ governanza possibbli (eż. mudelli ċentralizzati, deċentralizzati, eċċ) u rekwiżiti oħrajn; (b) ir-rwol tal-punti uniċi ta’ kuntatt u (c) l-Iskwadri tar-Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters (isCSIRTs). 3.1. It-tip ta’ awtoritajiet L-Artikolu 8 tad-Direttiva NIS jeżiġi li l-Istati Membri jaħtru awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar is-sigurtà tan-netwerks u s-sistemi tal-informazzjoni, filwaqt li espressament jagħraf il-possibbiltà li jaħtru “awtorità nazzjonali kompetenti waħda jew aktar”. Il-premessa 30 tad-Direttiva tispjega din l-għażla ta’ politika: “Fid-dawl tad-differenzi fl-istrutturi nazzjonali ta’ governanza u sabiex jiġu salvagwardjati arranġamenti settorjali jew korpi superviżorji u regolatorji tal-Unjoni diġà eżistenti u biex jiġi evitat xogħol doppju, l-Istati Membri jenħtieġ ikunu jistgħu jaħtru aktar minn awtorità nazzjonali kompetenti waħda responsabbli għat-twettiq tal-kompiti marbuta mas-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi talinformazzjoni ta’ operaturi tas-servizzi essenzjali u fornituri tas-servizzi diġitali skont din idDirettiva.” Għaldaqstant, l-Istati Membri huma liberi biex jagħżlu li jaħtru awtorità ċentrali waħda li tittratta s-setturi u s-servizzi kollha koperti mid-Direttiva jew diversi awtoritajiet, pereżempju skont t-tip ta’ settur. Meta jkunu qed jiddeċiedu dwar l-approċċ, l-Istati Membri jistgħu jibbażaw fuq l-esperjenza mill-approċċi nazzjonali użati fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-protezzjoni talinfrastruttura kritika (is-CIIP). Kif inhu deskritt fit-Tabella 1, fil-każ tas-CIIP, l-Istati Membri ddeċidew li jadottaw approċċ ċentralizzat jew approċċ deċentralizzat biex jassenjaw ilkompetenzi fil-livell nazzjonali. Hawnhekk qed jintużaw xi eżempji nazzjonali għal finijiet illustrattivi biss u biex l-Istati Membri jkunu konxji mill-oqfsa organizzazzjonali eżistenti Għaldaqstant il-Kummissjoni mhix timplika li l-mudell użat mill-pajjiżi rispettivi għas-CIIP għandu bilfors jintuża għall-finijiet tat-traspożizzjoni tad-Direttiva NIS. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu wkoll diversi arranġamenti ibridi li jinvolvu elementi ta’ approċċi ċentralizzati u deċentralizzati. L-għażliet jistgħu jsiru b’mod allinjat ma’ arranġamenti nazzjonali ta’ governanza li tħaddmu qabel fid-diversi setturi u servizzi koperti minn din id-Direttiva, jew li jkun għadhom kif ġew determinati mill-awtoritajiet konċernati u mill-partijiet konċernati rilevanti identifikati bħala operaturi tas-servizzi essenzjali u fornituri tas-servizzi diġitali. Anki l-eżistenza ta’ kompetenzi speċjalizzati fiċ-ċibersigurtà, ilkunsiderazzjonijiet tar-riżorsi, ir-relazzjonijiet bejn il-partijiet konċernati u l-interessi nazzjonali (bħal pereżempju l-iżvilupp ekonomiku, is-sigurtà pubblika u l-bqija) jistgħu jkunu fatturi importanti li jwasslu għall-għażliet tal-Istati Membri. 11

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents