It-Tabella 1: Approċċi nazzjonali għall-protezzjoni tal-infrastruttura kritika (is-CIIP)
Fl-2016, l-ENISA ppubblikat studju12 dwar l-approċċi differenti li jħaddmu l-Istati Membri
biex jipproteġu l-infrastrutturi kritiċi tagħhom tal-informazzjoni. Hemm żewġ profili deskritti
dwar il-governanza tas-CIIP fl-Istati Membri li jistgħu jintużaw fil-kuntest tat-traspożizzjoni
tad-Direttiva NIS.
Il-Profil 1: Approċċ deċentralizzat – bosta awtoritajiet settorjali huma kompetenti fissetturi u s-servizzi speċifiċi li jissemmew fl-Anness II u III tad-Direttiva
L-approċċ deċentralizzat hu kkaratterizzat minn:
(i) Il-prinċipju tas-sussidjarjetà
(ii) Koperazzjoni b’saħħitha bejn l-aġenziji pubbliċi
(iii)Leġiżlazzjoni speċifika għas-setturi
Il-prinċipju tas-sussidjarjetà
Flok jistabbilixxi jew jinnomina aġenzija waħda b’responsabbiltà ġenerali, l-approċċ
deċentralizzat jimxi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. B’hekk ir-responsabilità għallimplimentazzjoni tkun f’idejn awtorità settorjali li tkun tifhem aħjar is-settur lokali u li diġà
jkollha relazzjoni mal-partijiet konċernati. Skont dan il-prinċipju, id-deċiżjonijiet jeħduhom
dawk li jkunu l-eqreb ta’ dawk li qed jintlaqtu.
Koperazzjoni b’saħħitha bejn l-aġenziji pubbliċi
Fis-CIIP hemm involuti varjetà ta’ aġenziji pubbliċi u għalhekk ħafna Stati Membri żviluppaw
skemi ta’ koperazzjoni biex jikkoordinaw il-ħidma u l-isforzi tal-awtoritajiet differenti. Dawn liskemi ta’ koperazzjoni jistgħu jieħdu l-għamla ta’ netwerks informali jew ta’ fora jew
arranġamenti aktar istituzzjonalizzati. Madankollu, dawn l-iskemi ta’ koperazzjoni jaqdu biss lgħan tal-iskambju ta’ informazzjoni u l-koordinazzjoni bejn id-diversi aġenziji pubbliċi, u ma
teżisti l-ebda awtorità fuqhom.
Leġiżlazzjoni speċifika għas-setturi
Il-pajjiżi li jħaddmu approċċ deċentralizzat għas-setturi kritiċi ħafna drabi joqogħdu lura milli
jilleġiżlaw għall-fini tas-CIIP. Minflok l-adozzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tibqa’ speċifika
għas-setturi u għalhekk tista’ tvarja ħafna bejn is-setturi. Dan l-approċċ għandu l-vantaġġ li
jallinja l-miżuri relatati mal-NIS mar-regolamenti settorjali eżistenti biex titjieb l-aċċettazzjoni
mis-settur u tiżdied l-effikaċja tal-infurzar mill-awtorità konċernata.
12
ENISA, Stocktaking, Analysis and Recommendations on the protection of CIIs (2016). Dan id-dokument
jinsab fuq https://www.enisa.europa.eu/publications/stocktaking-analysis-and-recommendations-on-theprotection-of-ciis
13
Select target paragraph3
Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents