tal-Posta u tat-Telekomunikazzjoni tista’ teżiġi li l-operaturi jimplimentaw ċertu miżuri tekniċi
jew organizzattivi tas-sigurtà bbażati fuq leġiżlazzjoni sekondarja.
Eżempju ieħor ta’ pajjiż li juri karatteristiċi ta’ dan il-profil hu l-Irlanda. L-Irlanda timxi bid“domma tas-sussidjarjetà” jiġifieri li kull Ministeru hu responsabbli biex jidentifika s-CII u
għal valutazzjoni tar-riskju fi ħdan is-settur partikolari tiegħu. Barra minn hekk, ma ddaħħal lebda regolament speċifiku għas-CIIP fil-livell nazzjonali. Il-leġiżlazzjoni tibqa’ settorjali u
teżisti l-aktar fis-settur tal-enerġija u t-telekomunikazzjoni (2015). Xi eżempji oħrajn huma lAwstrija, Ċipru u l-Finlandja.
Il-Profil 2: Approċċ ċentralizzat – awtorità ċentrali waħda hi kompetenti għas-setturi u sservizzi kollha li jissemmew fl-Anness II u III tad-Direttiva
L-approċċ ċentralizzat hu kkaratterizzat minn:
i) Awtorità ċentrali għas-setturi kollha
ii) Leġiżlazzjoni komprensiva
Awtorità ċentrali għas-setturi kollha
L-Istati Membri li jħaddmu approċċ ċentralizzat ħolqu awtoritajiet b’responsabbiltajiet u
kompetenzi wesgħin f’diversi setturi kritiċi jew f’kull settur kritiku, jew wessgħu s-setgħat talawtoritajiet eżistenti. Dawn l-awtoritajiet ewlenin għas-CIIP jikkombinaw bosta kompiti
fosthom l-ippjanar ta’ kontinġenza, il-ġestjoni ta’ emerġenza, kompiti regolatorji u l-appoġġ
lill-operaturi privati. Ħafna drabi, is-CSIRT nazzjonali jew governattiva hi parti ewlenija millawtorità tas-CIIP. Aktarx li awtorità ċentrali jkollha konċentrazzjoni akbar ta’ għarfien espert
fiċ-ċibersigurtà milli jkollhom bosta awtoritajiet settorjali, meta jitqies in-nuqqas globali ta’
ħiliet fiċ-ċibersigurtà.
Leġiżlazzjoni komprensiva
Leġiżlazzjoni komprensiva toħloq obbligi u rekwiżiti għall-operaturi kollha fis-setturi kollha
tas-CII. Dan jista’ jinkiseb b’liġijiet komprensivi ġodda jew li jikkumplimentaw ir-regolamenti
eżistenti speċifiċi għas-setturi. Dan l-approċċ jiffaċilita applikazzjoni konsistenti tad-Direttiva
NIS fost is-setturi u s-servizzi kollha koperti. Dan jevita r-riskju ta’ diskrepanzi flimplimentazzjoni li jaf jinqalgħu meta pajjiż ikollu bosta awtoritajiet b’kompetenzi speċifiċi.
15
Select target paragraph3
Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents