3.3. Id-Direttiva NIS, l-Artikolu 9: l-Iskwadri tar-Rispons għal Inċidenti relatati masSigurtà tal-Kompjuters (is-CSIRTs)
Skont l-Artikolu 9, l-Istati Membri jeħtieġ jinnominaw CSIRT waħda jew diversi li jkunu
fdati bil-kompitu tal-ġestjoni tar-riskji u tal-inċidenti għas-setturi mniżżla fl-Anness II tadDirettiva NIS u għas-servizzi mniżżla fl-Anness III tagħha. Filwaqt li jqisu r-rekwiżit talarmonizzazzjoni minima minqux fl-Artikolu 3 tad-Direttiva, l-Istati Membri huma liberi biex
jużaw is-CSIRTs ukoll għal setturi oħrajn li ma tkoprix id-Direttiva, bħal pereżempju lamministrazzjoni pubblika.
L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jistabbilixxu CSIRT fi ħdan l-awtorità nazzjonali
kompetenti14.
3.4. Il-kompiti u r-rekwiżiti
Fost il-kompiti tas-CSIRTs nominati kif inhu stabbilit fl-Anness I tad-Direttiva NIS hemm:
Il-monitoraġġ tal-inċidenti fil-livell nazzjonali;
L-għoti ta’ twissija bikrija, allerti, avviżi u t-tixrid ta’ informazzjoni dwar ir-riskji u linċidenti lill-partijiet konċernati rilevanti;
Ir-rispons għall-inċidenti;
It-twettiq ta’ analiżi dinamika tar-riskji u tal-inċidenti u għarfien tas-sitwazzjoni; u
Il-parteċipazzjoni fin-netwerk tas-CSIRTs nazzjonali (in-netwerk tas-CSIRTs)
stabbilit skont l-Artikolu 12.
L-Artikoli 14(3), 14(5), 14(6), 16(3), 16(6) u 16(7) jistabbilixxu ċertu kompiti addizzjonali
speċifiċi b’rabta man-notifiki tal-inċidenti meta xi Stat Membru jiddeċiedi li dawn ir-rwoli
tista’ taqdihom dik is-CSIRT flimkien ma’ awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew
minflokhom.
Fit-traspożizzjoni tad-Direttiva, l-Istati Membri għandu ċertu għażliet dwar ir-rwol tasCSIRTs b’rabta mar-rekwiżiti tan-notifika tal-inċidenti. Ir-rappurtar obbligatorju jista’ jsir
direttament lis-CSIRTs bil-vantaġġ ta’ effiċjenza amministrattiva, inkella l-Istati Membri
jista’ jagħżel li jirrapporta direttament lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u s-CSIRTs
ikollhom dritt għal aċċess għall-informazzjoni rrappurtata. Fl-aħħar mill-aħħar, is-CSIRTs
huma interessati biex isolvu l-problemi, jevitaw, jikxfu, jilqgħu u jtaffu l-impatt tal-inċidenti
ċibernetiċi (anki ta’ dawk li mhumiex kritiċi għar-rappurtar obbligatorju) flimkien malpartijiet konċernati tagħhom, bil-konformità regolatorja tkun f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali
kompetenti.
Skont l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva, l-Istati Membri jeħtieġ jiżguraw ukoll li dawn is-CSIRTs
ikollhom aċċess għal infrastruttura tal-ICT sigura u reżiljenti.
14
Ara l-aħħar sentenza tal-Artikolu 9(1).
17
Select target paragraph3
Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents