L-Artikolu 9(4) tad-Direttiva jeżiġi li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar lambitu u l-elementi ewlenin tal-proċess tal-ġestjoni tal-inċidenti tas-CSIRTs nominati.
Ir-rekwiżiti tas-CSIRTs nominati mill-Istati Membri huma previsti fl-Anness I tad-Direttiva
NIS. Kull CSIRT trid tiżgura livell għoli ta’ disponibbiltà tas-servizzi ta’ komunikazzjoni
tagħha. Il-binja tagħha u s-sistemi tal-informazzjoni ta’ appoġġ għandhom ikunu f’postijiet
siguri u jkunu kapaċi jiżguraw il-kontinwità tal-operat. Barra minn hekk, is-CSIRT jenħtieġ
tkun tista’ tieħu sehem f’netwerks ta’ koperazzjoni internazzjonali.
3.5. Assistenza fl-iżvilupp tas-CSIRTs
Il-programm tal-Infrastrutturi tas-Servizzi Diġitali taċ-Ċibersigurtà permezz tal-Faċilità
Nikkollegaw l-Ewropa (is-CEF) jista’ jipprovdi finanzjament sinifikanti tal-UE biex jassisti
lis-CSIRTs tal-Istati Membri ħalli jtejbu l-kapaċitajiet tagħhom u biex jikkoperaw bejniethom
bil-mekkaniżmu ta’ koperazzjoni għall-iskambju tal-informazzjoni. Il-mekkaniżmu ta’
koperazzjoni li qed jiżviluppa l-proġett SMART 2015/1089 għandu l-ħsieb jiffaċilita
koperazzjoni operazzjonali effettiva u malajr b’mod volontarju bejn is-CSIRTs tal-Istati
Membri, l-aktar billi jappoġġa l-kompiti fdati f’idejn in-Netwerk tas-CSIRTs skont lArtikolu 12 tad-Direttiva.
Dettalji dwar is-sejħiet rilevanti għal proposti biex jinbnew il-kapaċitajiet tas-CSIRTs talIstati Membri jinsabu fil-website tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (lINEA) tal-Kummissjoni Ewropea15.
Il-Bord ta’ Governanza tal-Infrastrutturi tas-Servizzi Diġitali taċ-Ċibersigurtà permezz tasCEF jipprovdi struttura informali ta’ gwida u assistenza fil-livell ta’ politika lis-CSIRTs talIstati Membri biex jibnu l-kapaċitajiet, u għall-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta’
koperazzjoni volontarja.
Is-CSIRT l-ġdida stabbilita jew s-CSIRT nominata biex twettaq il-kompiti tal-Anness I tadDirettiva NIS tista’ tistrieħ fuq il-pariri u l-għarfien espert tal-ENISA biex itejjeb ilprestazzjoni tagħha u twettaq ħidmietha b’mod effiċjenti16. F’dan ir-rigward, tajjeb jingħad li
dik is-CSIRT tal-Istat Membru tista’ tqis bħala referenza xi parti mill-ħidma li tkun għadha
kemm wettqet l-ENISA. B’mod partikolari, kif imniżżel fit-Taqsima 7 ta’ dan l-Anness, laġenzija ħarġet għadd ta’ dokumenti u studji li jiddeskrivu l-prattiki tajbin,
rakkomandazzjonijiet fil-livell tekniku, li jinkludu valutazzjonijiet tal-livell ta’ maturità tasCSIRTs għal diversi kapaċitajiet u servizzi tas-CSIRTs. Barra minn hekk, il-gwida u l-aqwa
15
16
Dan id-dokument jinsab fuq https://ec.europa.eu/inea/en/connecting-europe-facility
Ara tal-Artikolu 9(5) tad-Direttiva NIS.
18
Select target paragraph3
Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents