prattiki tqassmu permezz tan-netwerks tas-CSIRTs, kemm fil-livell dinji (FIRST17) u kif ukoll
fil-livell Ewropew (Trusted Introducer, TI18).
3.6. Ir-rwol tal-punt uniku ta’ kuntatt
Skont l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva NIS, kull Stat Membru jrid jinnomina punt uniku
nazzjonali ta’ kuntatt, li jaqdi funzjoni ta’ kollegament biex tkun żgurata l-koperazzjoni
transfruntiera mal-awtoritajiet rilevanti fi Stati Membri oħra u mal-Grupp ta’ Koperazzjoni u
fin-netwerk tas-CSIRTs19 maħluq bid-Direttiva nnifisha. Il-premessa 31 u l-Artikolu 8(4)
jispjegaw r-raġunijiet għal dan ir-rekwiżit, jiġifieri biex jeħfiefu l-koperazzjoni u
komunikazzjoni transfruntieri. Dan hemm bżonnu l-aktar għax l-Istati Membri jistgħu
jiddeċiedu li jkollhom aktar minn awtorità nazzjonali waħda. B’hekk li jinħoloq punt uniku
ta’ kuntatt jiffaċilita l-identifikazzjoni u l-koperazzjoni fost awtoritajiet minn Stati Membri
differenti.
Aktarx li r-rwol ta’ kollegament tal-punt uniku ta’ kuntatt ikun jinvolvi l-interazzjoni massegretarjati tal-Grupp ta’ Koperazzjoni u tan-Netwerk tas-CSIRTs fejn jidħlu l-każijiet meta lpunt uniku nazzjonali ta’ kuntatt la jkun CSIRT u lanqas membru tal-Grupp ta’ Koperazzjoni.
Barra minn hekk, l-Istati Membri jeħtieġ jiżguraw li l-uniku punt ta’ kuntatt ikun jaf binnotifiki li jaslu mingħand l-operaturi tas-servizzi essenzjali u l-fornituri tas-servizzi diġitali20.
L-Artikolu 8(3) tad-Direttiva jispeċifika li jekk Stat Membru jadotta approċċ ċentralizzat,
jiġifieri jinnomina awtorità kompetenti waħda biss, dik l-awtorità se jkollha taqdi wkoll irrwol ta’ punt uniku ta’ kuntatt. Jekk Stat Membru jagħżel approċċ deċentralizzat, dan jista’
jagħżel waħda mill-awtoritajiet kompetenti differenti biex tkun il-punt uniku ta’ kuntatt.
Irrispettivament mill-mudell istituzzjonali magħżul, kull meta l-awtorità kompetenti, s-CSIRT
u l-punt uniku ta’ kuntatt ikunu entitajiet differenti, l-Istati Membri obbligati jiżguraw
koperazzjoni effettiva bejniethom ħalli jissodisfaw l-obbligi stabbiliti f’din id-Direttiva21.
Il-punt uniku ta’ kuntatt jeħtieġ iressaq rapport sommarju lill-Grupp ta’ Koperazzjoni sad-9
ta’ Awwissu 2018, u kull sena, dwar in-notifiki li waslu; u dan għandu jinkludi l-għadd ta’
notifiki, in-natura tal-inċidenti u l-miżuri li ħadu l-awtoritajiet, fosthom li infurmaw lill-Istati
Membri l-oħra affettwati bl-inċident jew l-għoti tal-informazzjoni rilevanti lill-kumpanija
notifikatur għall-ġestjoni tal-inċident22. Meta titolbu l-awtorità kompetenti jew is-CSIRT, ilpunt uniku ta’ kuntatt għandu jibgħat in-notifiki tal-operaturi tas-servizzi essenzjali lill-punti
uniċi ta’ kuntatt tal-Istati Membri l-oħra affettwati bl-inċidenti23.
Il-Forum tal-Iskwadri tar-Rispons għal Inċidenti u s-Sigurtà (https://www.first.org/)
https://www.trusted-introducer.org/
19
Netwerk ta’ CSIRTs nazzjonali għal koperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri skont l-Artikolu 12.
20
Ara l-Artikolu 10(3)
21
Ara l-Artikolu 10(1).
22
Idem
23
Ara l-Artikolu 14(5).
17
18
19
Select target paragraph3
Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents