vinkolanti u mhix beħsiebha toħloq regoli ġodda. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha l-kompetenza finali biex tinterpreta d-dritt tal-UE. 2. Strateġija nazzjonali dwar is-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni Skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva NIS, l-Istati Membri jeħtieġ jadottaw strateġija nazzjonali dwar is-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni li tkun tista’ titqies ekwivalenti għat-terminu “Strateġija Nazzjonali dwar iċ-Ċibersigurtà (NCSS)”. Strateġija nazzjonali jkollha l-funzjoni li tiddefinixxi l-għanijiet strateġiċi u l-azzjonijiet regolatorji u ta’ politika xierqa relatati maċ-ċibersigurtà. Il-kunċett ta’ NCSS jintuża b’mod wiesa’ fil-livell internazzjonali u fl-Ewropa, l-aktar fil-kuntest tal-ħidma tal-ENISA mal-Istati Membri dwar listrateġiji nazzjonali li dan wasslet għal aġġornament fil-Gwida ta’ Prattika Tajba għallNCSS2. F’din it-taqsima, il-Kummissjoni tispeċifika kif id-Direttiva NIS isaħħaħ l-istat ta’ tħejjija talIstati Membri billi teżiġi li jdaħħlu fis-seħħ strateġiji nazzjonali sodi dwar is-sigurtà tannetwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni (l-Artikolu 7). Din it-taqsima tindirizza dawn laspetti: (a) l-ambitu tal-istrateġija, u (b) il-kontenut u l-proċedura għall-adozzjoni. Kif deskritt aktar hawn taħt, it-traspożizzjoni korretta tal-Artikolu 7 tad-Direttiva NIS hi fundamentali biex jintlaħqu l-għanijiet tad-Direttiva u teħtieġ l-allokazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji u umani adegwati għal dan il-għan. 2.1. L-ambitu tal-istrateġija nazzjonali Skont il-formulazzjoni tal-Artikolu 7, l-obbligu li jadottaw NCSS tapplika biss għas-setturi msemmija fl-Anness II (jiġifieri għall-enerġija, it-trasport, is-servizzi bankarji u s-suq finanzjarju, is-saħħa, il-provvista u d-distribuzzjoni tal-ilma tax-xorb u l-infrastruttura diġitali) u għas-servizzi msemmija fl-Anness III (is-suq online, il-magna tat-tiftix online u l-cloud computing). L-Artikolu 3 tad-Direttiva jistabbilixxi b’mod speċifiku l-prinċipju ta’ armonizzazzjoni minima, li skontu l-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu fis-seħħ dispożizzjonijiet bilgħan li jiksbu livell ogħla ta’ sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni. Blapplikazzjoni ta’ dan il-prinċipju għall-obbligu li jadottaw NCSS, l-Istati Membri jkunu jistgħu jinkludu aktar setturi u servizzi minn dawk koperti fl-Anness II u III tad-Direttiva. Skont il-Kummissjoni u fid-dawl tal-għan tad-Direttiva NIS, jiġifieri li jinkiseb livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni fl-Unjoni3, ikun għaqli li tinħoloq strateġija nazzjonali li tkopri d-dimensjonijiet rilevanti kollha tas-soċjetà u tal2 ENISA, National Cyber-Security Strategy Good Practice 2016). Dan id-dokument jinsab fuq https://www.enisa.europa.eu/publications/ncss-good-practice-guide 3 Ara l-Artikolu 1(1). 5

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents