konċernati settorjali jkunu involuti għax hemm bżonn li tkun żgurata implimentazzjoni
armonizzata tad-Direttiva bejn is-setturi differenti, u fl-istess ħin ikun hemm lok għal
speċifiċità settorjali.
It-tielet pass − Noħolqu qafas ta’ governanza
Biex il-qafas ta’ governanza jkun effiċjenti u effettiv, dan għandu jissejjes fuq il-partijiet
konċernati ewlenin, il-prijoritajiet identifikati fil-proċess tat-tfassil u fuq il-limiti u l-kuntest
tal-istrutturi politiċi u amministrattivi nazzjonali. Idealment dan jirrapporta direttament lillivell politiku permezz tal-qafas li jkollu l-kapaċità jieħu d-deċiżjonijiet u jalloka r-riżorsi, u li
jkollu wkoll kontribut mingħand esperti fiċ-ċibersigurtà u partijiet konċernati mill-industrija.
L-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva NIS jirreferi għall-qafas ta’ governanza u jeżiġi
speċifikament “ir-responsabbiltajiet tal-korpi governattivi u l-atturi rilevanti l-oħrajn”.
Ir-raba’ pass − Nikkumpilaw u nirrevedu l-abbozz tal-istrateġija
F’dan l-istadju, l-abbozz tal-istrateġija jenħtieġ jingħalaq u jiġi analizzat skont il-preġji, iddgħjufijiet, l-opportunitajiet u t-theddid (SWOT), biex jingħaraf jekk il-kontenut għandux
bżonn xi reviżjoni. Wara r-reviżjoni interna, jenħtieġ issir konsultazzjoni mal-partijiet
konċernati. Hu essenzjali wkoll li ssir konsultazzjoni pubblika biex il-pubbliku jifhem limportanza tal-istrateġija proposta, jinkiseb rispons mingħand l-għejun kollha possibbli u
jinstab appoġġ għar-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-istrateġija.
Il-ħames pass – L-adozzjoni formali
Dan il-pass finali jinvolvi l-adozzjoni formali fil-livell politiku b’baġit abilitanti li jixhed isserjetà li għandu l-Istat Membru konċernat fejn tidħol iċ-ċibersigurtà. Biex jintlaħqu lgħanijiet tad-Direttiva NIS u, meta d-dokument tal-istrateġija nazzjonali jintbagħat lillKummissjoni skont l-Artikolu 7(3), il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jipprovdu
informazzjoni dwar il-baġit. L-impenji dwar il-baġit u r-riżorsi umani meħtieġa huma
assolutament kruċjali għall-implimentazzjoni effettiva tal-istrateġija u tad-Direttiva. Iċċibersigurtà għadha qasam ta’ politika pubblika pjuttost ġdid u li qed jikber malajr, għalhekk
f’ħafna mill-każijiet hemm bżonn isiru investimenti ġodda, anke jekk is-sitwazzjoni ġenerali
tal-finanzi pubbliċi titlob tnaqqis u ffrankar.
Konsulenza dwar il-proċess u l-kontenut tal-istrateġiji nazzjonali tista’ tinkiseb minn bosta
sorsi pubbliċi u akkademiċi, ngħidu aħna l-ENISA6, l-ITU7, l-OECD8, il-Forum Globali dwar
l-Għarfien Espert Ċibernetiku u l-Università ta’ Oxford9.
6
ENISA, National Cyber-Security Strategy Good Practice 2016). Dan id-dokument jinsab fuq
https://www.enisa.europa.eu/publications/ncss-good-practice-guide
7
ITU, National Cybersecurity Strategy Guide (2011). Dan id-dokument jinsab fuq http://www.itu.int/ITUD/cyb/cybersecurity/docs/ITUNationalCybersecurityStrategyGuide.pdf
Fl-2017, l-ITU se toħroġ ukoll Għodod għall-Istrateġija Nazzjonali dwar iċ-Ċibersigurtà (ara l-preżentazzjoni
8
Select target paragraph3
Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents