2.4. Il-passi konkreti li jridu jagħmlu l-Istati Membri qabel l-iskadenza għattraspożizzjoni Qabel l-adozzjoni tad-Direttiva, kważi kull Stat Membru10 ppubblika d-dokumenti indikati bħala NCSS. It-Taqsima 6 ta’ dan l-Anness telenka l-istrateġiji li bħalissa hemm fis-seħħ f’kull Stat Membru11. Ħafna drabi, dawn jinkludu prinċipji strateġiċi, linji gwida, għanijiet, u xi drabi miżuri speċifiċi għal ċertu każijiet li jtaffu r-riskji assoċjati maċ-ċibersigurtà. Uħud minn dawn l-istrateġiji ġew adottati qabel l-adozzjoni tad-Direttiva NIS u għalhekk mhux bilfors jinkludu l-elementi kollha tal-Artikolu 7. Biex jiżguraw it-traspożizzjoni korretta, l-Istati Membri se jkollhom jagħmlu analiżi tad-diskrepanzi billi jqabblu l-kontenut tal-NCSS tagħhom mas-seba’ rekwiżiti distinti msemmija fl-Artikolu 7 skont l-ambitu tassetturi mniżżla fl-Anness II tad-Direttiva u tas-servizzi mniżżla fl-Anness III tagħha. Iddiskrepanzi identifikati jistgħu jingħelbu b’reviżjoni tal-NCSS eżistenti tagħhom jew b’reviżjoni sħiħa mill-bidu nett tal-prinċipji tal-istrateġija nazzjonali tan-NIS tagħhom. Il-linji gwida mogħtija hawn fuq għall-proċess tal-adozzjoni tal-NCSS huma rilevanti wkoll għarreviżjoni u l-aġġornament tal-NCSS eżistenti. fuq http://www.itu.int/en/ITUD/Cybersecurity/Documents/National%20Strategy%20Toolkit%20introduction.pdf) 8 OECD, Cybersecurity Policy Making at a Turning Point: Analysing a New Generation of National Cybersecurity Strategies (2012). Dan id-dokument jinsab fuq http://www.oecd.org/sti/ieconomy/cybersecurity%20policy%20making.pdf 9 Iċ-Ċentru Globali tal-Kapaċità fiċ-Ċibersigurtà u l-Università ta’ Oxford, Global Cyber Cybersecurity Capacity Maturity Model for Nations (CMM) − edizzjoni riveduta (2016). Dan id-dokument jinsab fuq https://www.thegfce.com/binaries/gfce/documents/publications/2017/02/13/cybersecurity-cmm-fornations/CMM+revised+edition.pdf 10 Minbarra l-Greċja li ilha mill-2014 tħejji strateġija nazzjonali dwar iċ-ċibersigurtà (ara https://www.enisa.europa.eu/topics/national-cyber-security-strategies/ncss-map/strategies/national-cybersecurity-strategy-greece/view) 11 Din l-informazzjoni hi bbażata fuq il-ħarsa ġenerali lejn l-NCSS li provdiet l-ENISA fuq https://www.enisa.europa.eu/topics/national-cyber-security-strategies/ncss-map 9

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents