Għal implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva NIS Id-Direttiva NIS għandha l-għan li tilħaq livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tassistemi tal-informazzjoni fl-UE. Dan ifisser li titjieb is-sigurtà tal-internet u tas-sistemi privati tan-netwerks u tal-informazzjoni li jirfdu l-funzjonament tas-soċjetajiet u tal-ekonomiji tagħna. L-ewwel element importanti f’dan ir-rigward hu l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri; dan għandu jkun żgurat billi jkollhom fis-seħħ strateġiji nazzjonali dwar iċ-ċibersigurtà, kif deskritt fid-Direttiva, bil-ħidma tas-CSIRTs, u bil-ħidma tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Il-komprensività tal-istrateġiji nazzjonali Hu importanti li l-Istati Membri jaħtfu l-opportunità tat-traspożizzjoni tad-Direttiva NIS biex jirrevedu l-istrateġija nazzjonali tagħhom dwar iċ-ċibersigurtà fid-dawl tan-nuqqasijiet, laqwa prattiki u l-isfidi l-ġodda li jindirizza l-Anness. Wieħed jifhem li d-Direttiva tiffoka fuq il-kumpaniji u s-servizzi li għandhom importanza kritika partikolari, iżda hija ċ-ċibersigurtà tal-ekonomija u s-soċjetà kollha kemm huma li jeħtieġ tiġi indirizzata b’mod ħolistiku u konsistenti, minħabba d-dipendenza dejjem akbar fuq l-ICT. Għalhekk bl-adozzjoni ta’ strateġiji nazzjonali komprensivi li jmorru lil hinn mirrekwiżiti minimi tad-Direttiva NIS (jiġifieri li jkopru aktar mis-setturi u s-setturi msemmija rispettivament fl-Anness II u III tad-Direttiva) jiżdied il-livell ġenerali tas-sigurtà tannetwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni. Iċ-ċibersigurtà għadha qasam ta’ politika pubblika relattivament ġdid u li qed jikber malajr, għalhekk f’ħafna mill-każijiet hemm bżonn isiru investimenti ġodda, anke jekk is-sitwazzjoni ġenerali tal-finanzi pubbliċi titlob tnaqqis u ffrankar. Għaldaqstant biex jintlaħqu l-għanijiet tad-Direttiva, iridu jittieħdu deċiżjonijiet ambizzjużi li jiżguraw riżorsi finanzjarji u umani xierqa li huma indispensabbli għall-implimentazzjoni effettiva tal-istrateġiji nazzjonali, fosthom riżorsi biżżejjed għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u għas-CSIRTs. L-effikaċja tal-implimentazzjoni u l-infurzar Il-bżonn li jiġu nnominati l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-punti uniċi ta’ kuntatt rispettivi hu spjegat fl-Artikolu 8 tad-Direttiva, u dan hu element ewlieni biex tkun żgurata implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva NIS u tal-koperazzjoni transfruntiera. Dwar dan, ħareġ fid-dieher li l-Istati Membri qed iħaddmu kemm approċċi aktar ċentralizzati u anki approċċi aktar deċentralizzati Meta l-Istati Membri jadottaw approċċ aktar deċentralizzat firrigward tan-nomina tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, hu ferm importanti li dawn jiżguraw arranġamenti sodi ta’ koperazzjoni bejn id-diversi awtoritajiet u l-punt uniku ta’ kuntatt (ara t-Tabella 1 tat-Taqsima 3.2. tal-Anness). Dan iżid l-effikaċja talimplimentazzjoni u jiffaċilita l-infurzar. L-esperjenza preċedenti fejn tidħol il-Protezzjoni tal-Infrastrutturi ta’ Informazzjoni Kritika (is-CIIP) tista’ tgħin biex jitfassal l-aħjar mudell ta’ governanza għall-Istati Membri, u jkunu żgurati implimentazzjoni settorjali effikaċi tad-Direttiva NIS u approċċ orizzontali koerenti (ara t-Taqsima 3.1 tal-Anness). 4

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents