Jissaħħu l-kapaċitajiet tas-CSIRTs nazzjonali
Bħalma jistipula l-Artikolu 9 tad-Direttiva NIS, jekk is-CSIRTs nazzjonali madwar l-UE ma
jkunux effettivi u ma jkollhomx ir-riżorsi xierqa, l-UE se tibqa’ dgħajfa wisq fejn jidħol ittheddid ċibernetiku transfruntier. Għalhekk, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jwessgħu
l-ambitu tas-CSIRTs lil hinn mis-setturi u s-servizzi inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tadDirettiva (ara t-Taqsima 3.3 tal-Anness). B’dan il-mod, is-CSIRTs nazzjonali jkunu jistgħu
jipprovdu appoġġ operazzjonali għall-inċidenti ċibernetiċi li jseħħu f’kumpaniji u
organizzazzjonijiet li mhumiex fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva, iżda huma importanti
wkoll għas-soċjetà u l-ekonomija. Minbarra dan, l-Istati Membri jistgħu jisfruttaw bis-sħiħ lopportunitajiet ta’ finanzjament addizzjonali li joffri l-programm tal-Infrastrutturi tas-Servizzi
Diġitali taċ-Ċibersigurtà li tħaddem il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (is-CEF), imfassal biex
issaħħaħ il-kapaċitajiet tas-CSIRTs nazzjonali u l-koperazzjoni ta’ bejniethom (ara t-Taqsima
3.5 tal-Anness).
Il-konsistenza tal-proċess tal-identifikazzjoni tal-operaturi tas-servizzi essenzjali
Skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva NIS, l-Istati Membri għandhom sad-9 ta’ Novembru 2018
biex jidentifikaw l-entitajiet li se jitqiesu bħala operaturi tas-servizzi essenzjali. B’rabta ma’
dan il-kompitu, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jużaw b’mod konsistenti ddefinizzjonijiet u l-gwida inklużi f’din il-Komunikazzjoni ħalli jkun żgurat li l-istess tip ta’
entitajiet li jaqdu rwol simili fis-suq intern jiġu identifikati b’mod konsistenti bħala operaturi
tas-servizzi essenzjali fi Stati Membri oħra. L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw ukoll li
jwessgħu l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva NIS għall-amministrazzjonijiet pubbliċi,
minħabba r-rwol li dawn jaqdu għas-soċjetà u l-ekonomija kollha kemm huma (ara tTaqsimiet 2.1. u 4.1.3 tal-Anness).
Hu tassew utli li l-approċċi nazzjonali tal-identifikazzjoni tal-operaturi tas-servizzi essenzjali
jiġu allinjati kemm jista’ jkun possibbli, notevolment skont il-gwida tal-Grupp ta’
Koperazzjoni (ara t-Taqsima 4.1.2 tal-Anness) għax dan l-allinjament iwassal għal
applikazzjoni aktar armonizzata tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva u b’hekk jonqos ir-riskju
ta’ frammentazzjoni tas-suq. Meta l-operaturi tas-servizzi essenzjali jkunu jipprovdu servizzi
essenzjali f’żewġ Stati Membri jew aktar, hu ferm importanti li jsir kull sforz biex jintlaħaq
ftehim bejn l-Istati Membri, fil-kuntest tal-proċess ta’ konsultazzjoni skont l-Artikolu 5(4)
dwar l-identifikazzjoni konsistenti tal-entitajiet (ara t-Taqsima 4.1.7 tal-Anness), għax dan
jevita trattament regolatorju differenti tal-istess entità skont ġurisdizzjonijiet ta’ Stati Membri
differenti.
Il-preżentazzjoni ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-identifikazzjoni tal-operaturi tasservizzi essenzjali
Skont l-Artikolu 5(7), l-Istati Membri jeħtieġ jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar
il-miżuri nazzjonali li jippermettu l-identifikazzjoni tal-operaturi tas-servizzi essenzjali, illista tas-servizzi essenzjali, l-għadd ta’ operaturi tas-servizzi essenzjali identifikati u rrilevanza ta’ dawn l-operaturi għas-settur. Barra minn hekk, l-Istati Membri jeħtieġ jipprovdu
l-limiti, meta dawn ikunu jeżistu, li ntużaw fil-proċess tal-identifikazzjoni biex jinstab il-livell
ta’ provvista rilevanti jew l-importanza ta’ operatur partikolari għaż-żamma ta’ livell
5
Select target paragraph3
Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents