Għal implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva NIS
Id-Direttiva NIS għandha l-għan li tilħaq livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tassistemi tal-informazzjoni fl-UE. Dan ifisser li titjieb is-sigurtà tal-internet u tas-sistemi privati
tan-netwerks u tal-informazzjoni li jirfdu l-funzjonament tas-soċjetajiet u tal-ekonomiji
tagħna. L-ewwel element importanti f’dan ir-rigward hu l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri;
dan għandu jkun żgurat billi jkollhom fis-seħħ strateġiji nazzjonali dwar iċ-ċibersigurtà, kif
deskritt fid-Direttiva, bil-ħidma tas-CSIRTs, u bil-ħidma tal-awtoritajiet nazzjonali
kompetenti.
Il-komprensività tal-istrateġiji nazzjonali
Hu importanti li l-Istati Membri jaħtfu l-opportunità tat-traspożizzjoni tad-Direttiva NIS biex
jirrevedu l-istrateġija nazzjonali tagħhom dwar iċ-ċibersigurtà fid-dawl tan-nuqqasijiet, laqwa prattiki u l-isfidi l-ġodda li jindirizza l-Anness.
Wieħed jifhem li d-Direttiva tiffoka fuq il-kumpaniji u s-servizzi li għandhom importanza
kritika partikolari, iżda hija ċ-ċibersigurtà tal-ekonomija u s-soċjetà kollha kemm huma li
jeħtieġ tiġi indirizzata b’mod ħolistiku u konsistenti, minħabba d-dipendenza dejjem akbar
fuq l-ICT. Għalhekk bl-adozzjoni ta’ strateġiji nazzjonali komprensivi li jmorru lil hinn mirrekwiżiti minimi tad-Direttiva NIS (jiġifieri li jkopru aktar mis-setturi u s-setturi msemmija
rispettivament fl-Anness II u III tad-Direttiva) jiżdied il-livell ġenerali tas-sigurtà tannetwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni.
Iċ-ċibersigurtà għadha qasam ta’ politika pubblika relattivament ġdid u li qed jikber malajr,
għalhekk f’ħafna mill-każijiet hemm bżonn isiru investimenti ġodda, anke jekk is-sitwazzjoni
ġenerali tal-finanzi pubbliċi titlob tnaqqis u ffrankar. Għaldaqstant biex jintlaħqu l-għanijiet
tad-Direttiva, iridu jittieħdu deċiżjonijiet ambizzjużi li jiżguraw riżorsi finanzjarji u umani
xierqa li huma indispensabbli għall-implimentazzjoni effettiva tal-istrateġiji nazzjonali,
fosthom riżorsi biżżejjed għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u għas-CSIRTs.
L-effikaċja tal-implimentazzjoni u l-infurzar
Il-bżonn li jiġu nnominati l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-punti uniċi ta’ kuntatt
rispettivi hu spjegat fl-Artikolu 8 tad-Direttiva, u dan hu element ewlieni biex tkun żgurata
implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva NIS u tal-koperazzjoni transfruntiera. Dwar dan,
ħareġ fid-dieher li l-Istati Membri qed iħaddmu kemm approċċi aktar ċentralizzati u anki
approċċi aktar deċentralizzati Meta l-Istati Membri jadottaw approċċ aktar deċentralizzat firrigward tan-nomina tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, hu ferm importanti li dawn
jiżguraw arranġamenti sodi ta’ koperazzjoni bejn id-diversi awtoritajiet u l-punt uniku ta’
kuntatt (ara t-Tabella 1 tat-Taqsima 3.2. tal-Anness). Dan iżid l-effikaċja talimplimentazzjoni u jiffaċilita l-infurzar.
L-esperjenza preċedenti fejn tidħol il-Protezzjoni tal-Infrastrutturi ta’ Informazzjoni Kritika
(is-CIIP) tista’ tgħin biex jitfassal l-aħjar mudell ta’ governanza għall-Istati Membri, u jkunu
żgurati implimentazzjoni settorjali effikaċi tad-Direttiva NIS u approċċ orizzontali koerenti
(ara t-Taqsima 3.1 tal-Anness).
4
Select target paragraph3
Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents