ċiberkriminalità transfruntiera. Pass ieħor għandu jirrifletti l-fokus teknoloġiku stabbilit hawn fuq għal kriptaġġ billi wieħed iħares lejn kif l-abbuż minn kriminali joħloq sfidi sinifikanti filġlieda kontra reati serji, inkluż it-terroriżmu u ċ-ċiberkriminalità. Il-Kummissjoni se tressaq ir66 riżultati ta’ riflessjonijiet attwali dwar ir-rwol ta’ kriptaġġ fl-investigazzjonijiet kriminali sa 67 Ottubru 2017 . Minħabba n-natura mingħajr fruntieri tal-internet, il-qafas għall-kooperazzjoni internazzjonali pprovdut mill-Konvenzjoni ta’ Budapest dwar iċ-Ċiberkriminalità68 tal-Kunsill talEwropa joffri l-opportunità fost grupp divers ta’ pajjiżi li jużaw l-istandard legali ottimali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali differenti li tindirizza iċ-ċiberkriminalità. Bħalissa qed tiġi esplorata żieda possibbli ta’ protokoll għall-Konvenzjoni69, li tkun tista’ tipprovdi wkoll opportunità utli biex tiġi indirizzata l-kwistjoni ta’ aċċess transfruntier għal evidenza elettronika f’kuntest internazzjonali. Minflok il-ħolqien ta’ strumenti legali internazzjonali ġodda għal kwistjonijiet ta’ ċiberkriminalità, l-UE ssejjaħ lill-pajjiżi kollha biex ifasslu leġiżlazzjoni nazzjonali xierqa u jfittxu kooperazzjoni fi ħdan dan il-qafas internazzjonali eżistenti. Id-disponibbiltà mifruxa ta’ għodod ta’ anonimizzazzjoni tagħmilha iżjed faċli għall-kriminali biex jinħbew. Id-“Darknet”70 fetaħ toroq ġodda għall-kriminali biex jaċċessaw materjal talabbuż sesswali tat-tfal, id-drogi jew l-armi tan-nar, ħafna drabi bi ftit riskju li wieħed jinqabad71. Issa huwa wkoll sors ewlieni ta’ għodod użati kontra ċ-ċiberkriminalità, bħal malwer u għodod ta’ hacking. Il-Kummissjoni, flimkien mal-partijiet interessati rilevanti, se tanalizza l-approċċi nazzjonali bil-ħsieb li jiġu identifikati soluzzjonijiet ġodda. L-Europol għandha tiffaċilita u tappoġġja l-investigazzjonijiet fuq id-darknet, tivvaluta t-theddid u tgħin biex tiddetermina l-ġurisdizzjoni u tagħti prijorità lil każijiet ta’ riskju għoli, u li l-UE jista’ jkollha rwol ewlieni fil-koordinazzjoni ta’ azzjoni internazzjonali72. Qasam wieħed tal-attività taċ-ċiberkriminalità li qed jikber huwa l-użu frodulenti ta’ dettalji tal-kard tal-kreditu jew mezzi elettroniċi oħra ta’ pagament. Kredenzjali ta’ pagament miksuba permezz ta’ attakki ċibernetiċi kontra l-bejjiegħa bl-imnut fuq l-internet jew xi forma oħra ta’ negozji leġittimi mbagħad jiġu negozjati online u jistgħu jintużaw minn kriminali 66 67 68 69 70 71 72 Il-Presidenza tal-Kunsill, “L-Eżitu tal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni tat-8 u d-9 ta’ Diċembru 2016”, Nru. 15391/16. It-tmien rapport ta’ progress lejn Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina tad-29 ta’ Ġunju 2017, (COM(2017) 354 final. Il-Konvenzjoni hi l-ewwel trattat internazzjonali dwar reati mwettqa permezz tal-internet u netwerks oħrajn ta’ kompjuters, li jitrattaw b’mod partikolari ma’ ksur tad-drittijiet tal-awtur, frodi relatata ma’ kompjuters, pedopornografija u ksur tas-sigurtà ta’ netwerk. https://www.coe.int/en/web/conventions/full-list//conventions/treaty/185 Fl-2017, 55 gvern irratifika jew issieħeb fil-Konvenzjoni Ewropea dwar iċĊiberkriminalità. It-Termini ta’ Referenza għat-tħejjija ta’ abbozz tat-tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni ta’ Budapest dwar iċ-Ċiberkriminalità, T-CY (2017)3. Id-darknet jikkonsisti f’kisja netwerks li jużaw l-internet iżda jeħtieġu softwer , konfigurazzjonijiet jew awtorizzazzjoni speċifiċi għal aċċess. Id-darknet jifforma parti żgħira mill-web profond, il-parti tal-Web mhux indiċjata mill-magni tat-tiftix. Eċċezzjoni notevoli hija t-tneħħija riċenti ta’ tnejn mill-akbar swieq tad-dark Web kriminali, AlphaBay u Hansa: https://www.europol.europa.eu/newsroom/news/massive-blow-to-criminal-dark-web-activities-afterglobally-coordinated-operation. L-Europol diġà għandha rwol importanti f’dan il-qasam. Għal eżempju reċenti ara: https://www.europol.europa.eu/newsroom/news/massive-blow-to-criminal-dark-web-activities-afterglobally-coordinated-operation. 16

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents