biex iwettqu frodi73. Il-Kummissjoni qed tippreżenta proposta biex tissaħħaħ id-deterrenza
permezz ta’ Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi u l-iffalsifikar ta’ mezzi ta’ pagament
mhux bi flus kontanti74. Din għandha l-għan li taġġorna r-regoli eżistenti f’dan il-qasam u
ssaħħaħ il-kapaċità tal-infurzar tal-liġi biex jindirizzaw dan it-tip ta’ reat.
Il-kapaċitajiet investigattivi ċiberkriminali tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri
jeħtieġu wkoll li jiġu mtejba, kif ukoll l-fehim ta’ delitti bl-użu tal-internet u opzjonijiet
investigattivi minn prosekuturi u mill-ġudikatura. L-Eurojust u l-Europol jikkontribwixxu
għal dan l-objettiv u għal koordinazzjoni msaħħa, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-gruppi
konsultattivi speċjalizzati fi ħdan iċ-Ċentru kontra ċ-Ċiberkriminalità tal-Europol u mannetwerks tal-kapijiet tal-unitajiet taċ-ċiberkriminalità u ta’ prosekuturi speċjalizzati fiċċiberkriminalità. Il-Kummissjoni se tiddedika EUR 10.5 miljun ta’ finanzjament għall-ġlieda
kontra ċ-ċiberkriminalità, primarjament taħt il-Programm ta’ Fondi għall-Pulizija għasSigurtà Interna tagħha. It-taħriġ huwa element importanti u ġew żviluppati għadd ta’
materjali utli mill-Grupp Ewropew għat-Taħriġ u l-Edukazzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità.
Dawn issa jridu jiġu implimentati b’mod wiesa’ għall-professjonisti tal-infurzar tal-liġi blappoġġ tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi.
3.3
Il-kooperazzjoni pubblika-privata kontra ċ-ċiberkriminalità
L-effikaċja ta’ mekkaniżmi ta’ nfurzar tal-liġi tradizzjonali hija kkontestata mill-karatteristiċi
tad-dinja diġitali, li tikkonsisti l-iktar f’infrastruttura b’sjieda privata u bosta atturi differenti
f’diversi ġurisdizzjonijiet. B’riżultat ta’ dan, il-kooperazzjoni mas-settur privat, inklużi lindustrija u s-soċjetà ċivili, hija fundamentali għall-awtoritajiet pubbliċi biex tiġi miġġielda lkriminalità b’mod effettiv. F’dan il-kuntest, is-settur finanzjarju huwa importanti wkoll u
għandha tiżdied il-kooperazzjoni. Pereżempju, ir-rwol ta’ Unitajiet ta’ Intelligence
Finanzjarja75 fil-kuntest taċ-ċiberkriminalità għandu jiġi msaħħaħ.
Xi Stati Membri diġà ħadu passi ewlenin. Fin-Netherlands, l-istituzzjonijiet finanzjarji u lawtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jaħdmu id f’id biex jindirizzaw il-frodi online u ċċiberkriminalità fit-Task Force ta’ Kriminalità Elettronika. Iċ-Ċentru ta’ Kompetenza
Ġermaniża kontra l-Kriminalità Elettronika jipprovdi ċentru operazzjonali għall-membri
tiegħu għall-iskambju ta’ informazzjoni f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju tal-Pulizija
Federali Ġermaniża u jiżviluppa miżuri mmirati biex jiżguraw protezzjoni kontra ċċiberkriminalità. 16-il Stat Membru76 ħolqu Ċentri ta’ Eċċellenza taċ-Ċiberkriminalità biex
jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, akkademja u sħab privati
għall-iżvilupp u l-iskambju tal-aħjar prattiki, taħriġ u bini tal-kapaċità.
Il-Kummissjoni tappoġġja t-twaqqif ta’ sħubijiet pubbliċi-privati u mekkaniżmi ta’
73
74
75
76
Ir-rikavati tal-frodi huma sors importanti ta’ dħul għall-kriminalità organizzata u għalhekk jippermettu ttwettiq ta’ attivitajiet kriminali oħrajn bħalma huma t-terroriżmu, it-traffikar tad-drogi u t-traffikar talbnedmin.
COM(2017) 489.
L-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja jservu bħala ċentru nazzjonali għar-riċeviment u l-analiżi ta’ rapporti
ta’ tranżazzjonijiet suspettużi u informazzjoni rilevanti oħra dwar ħasil tal-flus, reati predikati assoċjati u
finanzjament tat-terroriżmu, u għat-tixrid tar-riżultati ta’ dik l-analiżi.
L-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, lIrlanda, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja, Spanja u r-Renju Unit.
17
Select target paragraph3
Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents