1. INTRODUZZJONI Iċ-ċibersigurtà hija essenzjali kemm għall-prosperità kif ukoll għas-sigurtà tagħna. Hekk kif il-ħajja tagħna ta’ kuljum u l-ekonomiji tagħna jsiru dejjem aktar dipendenti fuq teknoloġiji diġitali, aħna nsiru dejjem aktar esposti. L-inċidenti taċ-ċibersigurtà qed jiddiversifikaw, kemm f’termini ta’ min hu responsabbli kif ukoll f’termini ta’ dak li jfittxu li jiksbu. Attivitajiet Ċibernetiċi Malizzjużi ma jheddux biss l-ekonomiji tagħna u l-ispinta lis-Suq Uniku Diġitali, iżda wkoll il-funzjonament innifsu tad-demokraziji, il-libertajiet u l-valuri tagħna. Is-sigurtà tagħna fil-futur tiddependi fuq li nittrasformaw il-kapaċità tagħna li nipproteġu l-UE kontra t-theddid ċibernetiku: Kemm il-kapaċità tal-infrastruttura ċivili kif ukoll il-kapaċità ta’ dik militari jserrħu fuq is-sistemi diġitali. Dan ġie rikonoxxut mill-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 20171, kif ukoll fl-Istrateġija Globali dwar il-Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni għall-Unjoni Ewropea2. Ir-riskji qed jiżdiedu b’mod esponenzjali. L-istudji jissuġġerixxu li l-impatt ekonomiku taċċiberkriminalità żdied b’ħames darbiet mill-2013 sal-2017 u jista’ jiżdied b’erba’ darbiet oħra sal-20193. Ir-ransomware4 kellu żieda partikolari, bl-attakki riċenti5 jirriflettu żieda drammatika fl-attività ċiberkriminali. Madankollu, ir-ransomware mhuwiex l-unika theddida. It-theddid ċibernetiku kien ġej kemm minn atturi mhux statali kif ukoll minn atturi statali: dawn spiss ikunu kriminali, immotivati mill-qliegħ, iżda jistgħu jkunu wkoll politiċi u strateġiċi. It-theddida kriminali hija intensifikata mit-titpin tal-limiti bejn ċiberkriminalità u kriminalità “tradizzjonali”, minħabba li l-kriminali jużaw l-internet kemm biex jespandu lattivitajiet tagħhom, kif ukoll bħala sors biex isibu metodi u għodod ġodda biex iwettqu lkriminalità6. Madankollu, fil-maġġoranza tal-każi, il-probabbiltà li jiġi identifikat il-kriminali huma minimi, u l-probabbiltà ta’ prosekuzzjoni huma iżgħar minn hekk. Fl-istess ħin, l-atturi statali qegħdin dejjem aktar jilħqu l-għanijiet ġeopolitiċi tagħhom mhux biss permezz ta’ għodod tradizzjonali bħall-forza militari, iżda permezz ta’ għodod ċibernetiċi aktar diskreti, inkluż permezz tal-interferenza fil-proċessi demokratiċi interni. Illum l-użu taċċiberspazju bħala qasam ta’ gwerra, kemm waħdu kif ukoll bħala parti mill-approċċ ibridu huwa rikonoxxut b’mod wiesa’. Kampanji ta’ diżinformazzjoni, aħbarijiet foloz u operazzjonijiet ċibernetiċi mmirati lejn infrastruttura kritika qed isiru aktar komuni u jeħtieġu rispons. Għal din ir-raġuni, fil-Karta ta’ Riflessjoni tagħha dwar il-Ġejjieni tad-Difiża Ewropea7 il-Kummissjoni enfasizzat l-importanza ta’ kooperazzjoni fid-difiża ċibernetika. Sakemm ma ntejbux b’mod sostanzjali ċ-ċibersigurtà tagħna, ir-riskju se jiżdied mattrasformazzjoni diġitali. Sal-2020, għexieren ta’ biljuni ta’ apparat ta’ "Internet tal-Oġġetti" huma mistennija jkunu konnessi mal-internet, iżda ċ-ċibersigurtà għad mhijiex prijoritizzata fid-disinn tagħhom 8. Fin-nuqqas li jiġu protetti l-apparati li jikkontrollaw il-grilji tal-enerġija 1 2 3 4 5 6 7 8 http://www.consilium.europa.eu/en/press/press-releases/2017/06/23-euco-conclusions/. http://europa.eu/globalstrategy/. Ara pereżempju McAfee & Centre for Strategic and International Studies "Net losses: Estimating the Global Cost of Cybercrime" 2014. Ir-ransomware huwa tip ta’ softwer malizzjuż li jipprevjeni jew jillimita lill-utenti li jaċċessaw is-sistema tagħhom, jew billi jimblokka l-iskrin tas-sistema inkella billi jimblokka l-fajls tal-utenti sakemm titħallas somma flus. F’Mejju 2017 l-attakk ta’ ransomware WannaCry affettwa aktar minn 400,000 kompjuter f’aktar minn 150 pajjiż. Xahar wara, l-attakk ta’ ransomware “Petya” laqat lill-Ukrajna u lil diversi kumpaniji madwar iddinja. EUROPOL, Valutazzjoni ta' Theddid mill-Kriminalità Organizzata 2017. https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/reflection-paper-defence_en.pdf. IDC and TXT Solutions (2014), SMART 2013/0037 Cloud and IoT combination, studju għall-Kummissjoni. 2

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents