TISĦIĦ
TAL-KOOPERAZZJONI
ĊIBERSIGURTÀ
4.
INTERNAZZJONALI
DWAR
IĊ-
Iggwidata mill-valuri ewlenin tal-UE u d-drittijiet fundamentali bħal-libertà ta’ espressjoni u
d-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta personali, u l-promozzjoni ta’ ċiberspazju
miftuħ, ħieles u sikur, il-politika tas-sigurtà ċibernetika internazzjonali tal-UE hija mfassla
biex tindirizza l-isfida tal-promozzjoni li kull ma jmur qed tevolvi għall-promozzjoni talistabbiltà ċibernetika globali, kif ukoll tikkontribwixxi għall-awtonomija strateġika talEwropa fiċ-ċiberspazju.
4.1
Ċibersigurtà fir-relazzjonijiet esterni
L-evidenza tissuġġerixxi li nies minn madwar id-dinja jidentifikaw attakki ċibernetiċi minn
pajjiżi oħra bħala fost l-akbar theddid għas-sigurtà nazzjonali83. Minħabba n-natura globali
tat-theddid, il-bini u ż-żamma ta’ alleanzi u sħubijiet bsaħħithom ma’ pajjiżi terzi hija
fundamentali għall-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta’ attakki ċibernetiċi - li huma dejjem aktar
ċentrali għall-istabbiltà u s-sigurtà internazzjonali. L-UE ser tagħti prijorità lill-istabbiliment
ta’ qafas strateġiku għall-prevenzjoni tal-kunflitti u l-istabbiltà fiċ-ċiberspazju fl-ingaġġi
bilaterali, reġjonali, b’multi partijiet interessati u multilaterali.
L-UE tippromwovi bil-qawwa l-pożizzjoni li l-liġi internazzjonali, u b’mod partikolari l-Karta
tan-Nazzjonijiet Uniti, tapplika għaċ-ċiberspazju. Bħala komplement għal liġi internazzjonali
vinkolanti, l-UE tħaddan normi mhux vinkolanti volontarji, regoli u prinċipji ta’ imġiba
responsabbli tal-Istat li ġew artikolati permezz tal-Grupp ta’ Esperti Governattivi tan-NU84;
hija tinkoraġġixxi wkoll l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ bini ta’ fiduċja
reġjonali, kemm fl-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa u f’reġjuni
oħra.
Fuq livell bilaterali, djalogi ċibernetiċi85 se jiġu żviluppati ulterjorment u kkumplementati
minn sforzi biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi li jsaħħu l-prinċipji ta’ diliġenza
u responsabbiltà tal-Istat fiċ-ċiberspazju. L-UE għandha tagħti prijorità lil kwistjonijiet ta’
sigurtà internazzjonali fiċ-ċiberspazju fl-impenji internazzjonali tagħha, filwaqt li tassigura li
ċ-ċibersigurtà ma ssirx skuża għall-protezzjoni tas-suq u l-limitazzjoni tad-drittijiet u llibertajiet fundamentali, inklużi l-libertà ta’ espressjoni u l-aċċess għall-informazzjoni.
Approċċ komprensiv għas-sigurtà ċibernetika jirrikjedi r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, u lUE ser tkompli żżomm il-valuri ewlenin tagħha madwar id-dinja, filwaqt li tibni fuq il-Linji
gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-libertà fuq l-internet86. F’dan ir-rigward lUE tisħaq dwar l-importanza tal-partijiet interessati kollha involuti fil-governanza tal-internet.
Il-Kummissjoni ressqet ukoll proposta87 biex timmodernizza l-kontrolli tal-esportazzjoni talUE, inkluża l-introduzzjoni ta’ kontrolli fuq l-esportazzjoni fuq it-teknoloġiji ta’ sorveljanza
ċibernetika kritiċi li jistgħu jikkawżaw ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew jintużaw b’mod
ħażin kontra s-sigurtà tal-UE nnifisha u ser tintensifika d-djalogi ma’ pajjiżi terzi biex
tippromwovi l-konverġenza globali u l-imġiba responsabbli f’dan il-qasam.
83
84
85
86
87
Stħarriġ dwar l-Attitudnijiet Globali tar-rebbiegħa tal-2017, tal-Pew Research Centre.
A/68/98 u A/70/174.
F’Settembru 2017, l-UE kellha djalogi ċibernetiċi mal-Istati Uniti, iċ-Ċina, il-Ġappun, ir-Repubblika talKorea, u l-Indja.
Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-Libertà tal-Espressjoni Online u Offline.
COM(2016) 616.
20
Select target paragraph3
Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents