2.2
Lejn Att dwar Suq Uniku ta’ Ċibersigurtà
It-tkabbir tas-suq taċ-ċibersigurtà fl-UE — f’termini ta’ prodotti, servizzi u proċessi —
jinżamm lura f’għadd ta’ modi. Aspett fundamentali huwa n-nuqqas ta’ skemi ta’
ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà rikonoxxuti madwar l-UE biex jibnu standards ogħla ta’
reżiljenza fi prodotti u sabiex tissaħħaħ il-fiduċja fis-suq madwar l-UE kollha. Għaldaqstant,
il-Kummissjoni qiegħda tressaq proposta għat-twaqqif ta’ qafas għaċ-ċertifikazzjoni taċċibersigurtà tal-UE18. lI-Qafas jistabbilixxi l-proċedura għall-ħolqien ta’ skemi ta’
ċertifikazzjoni għas-sigurtà ċibernetika mal-UE kollha, li jkopru prodotti, servizzi u/jew
sistemi, li jadattaw il-livell ta’ assigurazzjoni għall-użu involut (kemm jekk ikunu ta’
infrastrutturi kritiċi jew apparat tal-konsumatur).19. Dan se jġib benefiċċji ċari għan-negozji
billi jevita l-ħtieġa li jgħaddi minn bosta proċessi ta’ ċertifikazzjoni meta jkun hemm
kummerċ bejn il-fruntieri, u hekk jillimita l-ispejjeż amministrattivi u finanzjarji. L-użu ta’
skemi żviluppati skont dan il-Qafas se jgħin ukoll biex tinbena l-fiduċja tal-konsumaturi,
b’ċertifikat ta’ konformità li jinforma u jassigura lix-xerrejja u lill-utenti magħrufa dwar ilkaratteristiċi tas-sigurtà tal-prodotti u s-servizzi li jixtru u jużaw. Dan jagħmel l-istandards
għoljin għas-sigurtà ċibernetika sors ta’ vantaġġ kompetittiv. Ir-riżultat jibni reżiljenza ikbar
minħabba li prodotti u servizzi tal-ICT jiġu evalwati b’mod formali kontra sett stabbilit ta’
standards taċ-ċibersigurtà, li jista’ jkun żviluppat b’rabta usa’ mill-qrib mal-ħidma li
għaddejja dwar l-istandards tal-ICT20.
L-Iskemi ta’ Qafas ikunu volontarji u ma joħolqu ebda obbligu regolatorju immedjat fuq
bejjiegħa jew fornituri ta’ servizzi. L-iskemi ma jikkontradixxu ebda rekwiżit ġuridiku
applikabbli, bħalma hija l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta.
Ladarba jiġi stabbilit il-Qafas, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati rilevanti
biex jiffokaw fuq tliet oqsma ta’ prijorità:
Sigurtà f’applikazzjonijiet kritiċi jew b’riskju għoli21: sistemi li niddependu fuqhom flattivitajiet tagħna ta’ kuljum, mill-karozzi tagħna għall-makkinarju fil-fabbriki, sal-akbar
sistemi bħall-ajruplani jew l-impjanti li jiġġeneraw l-enerġija sal-iżgħar sistemi bħal
apparat mediku, qed isiru dejjem aktar diġitali u interkonnessi. Għalhekk, il-komponenti
ewlenin tal-ICT fi prodotti u sistemi bħal dawn jkunu jeħtieġu valutazzjonijiet rigorużi
tas-sigurtà.
Iċ-ċibersigurtà fi prodotti diġitali użati ħafna, netwerks, sistemi u servizzi użati mis-settur
privat u pubbliku biex jiddefendu kontra attakki u japplikaw l-obbligi regolatorji 22 - bħal
kriptaġġ tal-posta elettronika, firewalls u Networks Privati Virtwali; huwa kruċjali li l-użu
dejjem aktar mifrux ta’ dawn l-għodod ma jwassalx għal sorsi ġodda ta’ riskju jew għal
vulnerabbiltajiet ġodda.
L-użu ta’ metodi ta’ “sigurtà sa mill-ippjanar” f’apparat diġitali bi prezz baxx,
interkonness, tal-konsum tal-massa, apparati li jiffurmaw l-Internet tal-Oġġetti: jistgħu
18
COM(2017) 477.
Livell ta’ assigurazzjoni jindika l-grad ta’ rigorożità tal-valutazzjoni tas-sigurtà u normalment ikun
proporzjonat mal-livell ta’ riskju assoċjat mal-oqsma jew funzjonijiet ta’ din l-applikazzjoni (jiġifieri livell
għoli ta’ assigurazzjoni meħtieġ għal prodotti jew servizzi tal-ICT użati f’riskju għoli ta’ applikazzjoni jew
funzjonijiet).
COM(2016) 176.
L-eċċezzjoni tkun jekk iċ-ċertifikazzjoni obbligatorja jew volontarja tkun irregolata minn atti oħra tal-Unjoni.
Pereżempju, id-Direttiva (UE) 2016/1148, ir-Regolament (UE) 2016/679, id-Direttiva (UE) 2015/2366 u atti
legali oħra bħall-Kodiċi Ewropea tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, jeħtieġu li l-organizzazzjonijiet
jimplimentaw miżuri ta’ sigurtà xierqa biex jiġu indirizzati r-riskji tas-sigurtà ċibernetika rilevanti.
19
20
21
22
5
Select target paragraph3
Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents