tikkontribwixxi għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam taċ-ċiberdifiża, inkluż ilkondiviżjoni ta’ informazzjoni, l-għarfien tas-sitwazzjoni, il-bini ta’ għarfien espert u rrispons koordinat, u tista’ tappoġġja l-iżvilupp tal-Istati Membri ta’ kapaċitajiet komuni. Din tista’ wkoll taġixxi bħala pjattaforma, li tippermetti lill-Istati Membri jidentifikaw ilprijoritajiet għad-difiża ċibernetika tal-UE, tinvestiga soluzzjonijiet komuni, tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ strateġiji komuni, tiffaċilita t-taħriġ tad-difiża ċibernetika konġunt, leżerċitar u l-ittestjar fil-livell Ewropew, u tappoġġja x-xogħol dwar tassonomiji u standards tad-difiża ċibernetika, bir-rwol taċ-Ċentru jkun wieħed ta’ appoġġ u konsultattiv. Biex iwettaq l-attivitajiet imsemmija hawn fuq, iċ-Ċentru jkollu bżonn jaħdem fil-qrib u b’komplementarjetà sħiħa mal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża fil-qasam taċ-ċiberdifiża, kif ukoll mal-ENISA fil-qasam tar-reżiljenza ċibernetika. Din id-dimensjoni tad-difiża tqis ilproċess imniedi mill-Karta ta’ riflessjoni dwar il-futur tad-Difiża Ewropea. Il-livell għoli ta’ reżiljenza meħtieġa fil-qasam tad-difiża ċibernetika jitlob miri speċifiċi ta’ sforzi ta’ riċerka u teknoloġija. Il-proġetti ta’ difiża ċibernetika jew tat-teknoloġiji żviluppati minn impriżi jistgħu jibbenefikaw minn finanzjament tal-Fond Ewropew għad-Difiża meta jiġu kemm għall-fażi tar-riċerka kif ukoll tal-iżvilupp50. Oqsma speċifiċi bħalma huma sistemi ta’ kriptaġġ ibbażati fuq teknoloġiji quantum, l-għarfien tas-sitwazzjoni taċ-ċibersigurtà, issistemi ta’ kontroll tal-aċċess bijometriku, id-detezzjoni ta’ Theddid Persistenti Avvanzat, jew l-estrazzjoni ta’ dejta jistgħu jkunu partikolarment rilevanti f’dan il-kuntest. Ir-Rappreżentant Għoli, l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u l-Kummissjoni se jappoġġjaw lill-Istati Membri flidentifikazzjoni ta’ oqsma fejn il-proġetti komuni taċ-ċibersigurtà jistgħu jitqiesu għal finanzjament mill-Fond Ewropew għad-Difiża. 2.6 Il-bini ta’ bażi ta’ ħiliet ċibernetiċi b’saħħitha tal-UE Hemm dimensjoni edukattiva qawwija għaċ-ċibersigurtà. Iċ-ċibersigurtà effettiva tiddependi ħafna fuq il-ħiliet tal-persuni kkonċernati. Iżda d-distakk tal-ħiliet taċ-ċibersigurtà għallprofessjonisti li jaħdmu fis-settur privat fl-Ewropa huwa mbassar li jiżdied għal 350,000 sal202251. Għandha tiġi żviluppata edukazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà fil-livelli kollha, ibda minn taħriġ regolari ta’ forza tax-xogħol ċibernetika, taħriġ addizzjonali fiċ-ċibersigurtà għallispeċjalisti kollha tal-ICT, u kurrikula speċifiċi ta’ ċibersigurtà ġodda. Għandhom jiġu stabbiliti ċentri ta’ kompetenza akkademika b'saħħithom biex ilaħħqu mad-domanda għal edukazzjoni u taħriġ aċċellerat, li għandhom jimxu fuq il-gwida minn Ċentru Ewropew għarRiċerka u l-Kompetenza taċ-Ċibersigurtà u l-ENISA. L-għan għandu jkun li ssir naturali biex jiġu mfassla prodotti u sistemi tal-ICT li jinkorporaw il-prinċipji ta’ sigurtà sa mill-bidu nett. L-edukazzjoni taċ-ċibersigurtà m’għandhiex tkun limitata biss għal professjonisti fil-qasam tal-IT, iżda għandha tiġi integrata fil-kurrikuli ta’ oqsma oħrajn, bħalma huma l-inġinerija, ilġestjoni tan-negozju jew tad-dritt, kif ukoll għall-binarji ta’ edukazzjoni speċifiċi għas-settur. Fl-aħħar nett, l-għalliema u l-istudenti fl-edukazzjoni primarja u sekondarja għandhom jiġu sensibilizzati dwar iċ-ċiberkriminalità u ċ-ċibersigurtà meta jakkwistaw kompetenzi diġitali fl-iskejjel. 50 51 Il-Programm tal-Iżvilupp tal-Industrija tad-Difiża Ewropea diġà ser jagħti prijorità lil proġetti ta’ ċiberdifiża u ċ-ċiberdifiża se tkun waħda mit-temi tas-sejħa għall-proposti li se jiġu mnedija fl-2018. Stħarriġ tal-2017 dwar il-Forza tax-Xogħol fis-Settur tas-Sigurtà tal-Informazzjoni Globali. In-nuqqas globali huwa ta’ 1.8 miljun. 11

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents