L-UE, flimkien mal-Istati Membri, għandha wkoll tagħti kontribut għal din il-ħidma billi tibni fuq il-ħidma tal-Koalizzjoni għall-Ħiliet u l-Impjiegi Diġitali52 u billi pereżempju ddaħħal fisseħħ, skemi ta’ apprendistat fiċ-ċibersigurtà għall-SMEs. 2.7 Il-promozzjoni ta’ iġjene ċibernetika u sensibilizzazzjoni B’madwar 95 % tal-inċidenti li huma possibbli permezz ta' “xi tip ta’ żball uman — intenzjonat jew le”,53 xorta hemm fattur uman involut. B’hekk iċ-ċibersigurtà hija rresponsabbiltà ta’ kulħadd. Dan ifisser li hemm bżonn bidla fl-imġiba personali, korporattiva u fl-amministrazzjoni pubblika biex jiġi żgurat li kulħadd jifhem it-theddida, u jkun mgħammar bl-għodod u l-ħiliet meħtieġa biex jipproteġi lilu nnifsu malajr u b’mod attiv kontra l-attakki. Hemm bżonn li n-nies jiżviluppaw drawwiet ta’ iġjene ċibernetika u nnegozji u l-organizzazzjonijiet għandhom jadottaw programmi xierqa bbażati fuq ir-riskji taċċibersigurtà u jaġġornawhom b’mod regolari biex jirriflettu x-xenarju tar-riskju li qed jevolvi. Id-Direttiva dwar iċ-Ċibersigurtà (NIS) mhux biss tistabbilixxi r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri biex jiskambjaw informazzjoni dwar attakki ċibernetiċi fil-livell tal-UE, iżda wkoll tqiegħed fis-seħħ strateġiji maturi taċ-ċibersigurtà u oqfsa nazzjonali għas-sigurtà tannetwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni. Amministrazzjonijiet pubbliċi fil-livell tal-UE u nazzjonali għandu jkollhom rwol aktar ewlieni fl-ixprunar ta’ dawn l-isforzi. L-ewwel nett, l-Istati Membri għandhom jimmassimizzaw id-disponibbiltà ta’ għodod taċċibersigurtà għal negozji u individwi. B’mod partikolari, hemm bżonn li jsir aktar għallprevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-impatti taċ-ċiberkriminalità fuq l-utenti finali. Diġà jeżisti eżempju fil-ħidma tal-Europol mal-kampanja “NoMoreRansom”54, żviluppata permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-eżekuzzjoni tal-liġi u l-kumpaniji taċ-ċibersigurtà biex jgħinu lill-utenti jipprevjenu infezzjonijiet ransomware u jiddeċifraw id-dejta jekk ikunu vittmi ta’ attakk. Skemi bħal dawn għandhom ikunu introdotti għal tipi oħrajn ta’ malwer, f’oqsma oħra u l-UE għandha tiżviluppa portal uniku li jiġbor flimkien dawn l-għodod kollha f’punt uniku ta' servizz (one-stop-shop), li joffri pariri lill-utenti dwar il-prevenzjoni u l-iskoperta ta’ malwer u rabtiet ma’ mekkaniżmi ta’ rappurtar. It-tieni nett, l-Istati Membri għandhom iħaffu l-użu ta’ aktar għodod ċibersiguri fl-iżvilupp tal-gvern elettroniku u wkoll jiġbru l-benefiċċji kollha minn fuq in-netwerk ta’ kompetenza. L-adozzjoni ta’ mezzi sikuri ta’ identifikazzjoni għandhom jiġu promossi, filwaqt li tibni fuq il-qafas tal-UE ta’ identifikazzjoni elettronika u servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern, li ilhom fis-seħħ mill-2016 u jipprovdu ambjent regolatorju prevedibbli li jippermetti l-interazzjonijiet elettroniċi sikuri u bla intoppi bejn negozji, individwi u awtoritajiet pubbliċi55. Barra minn hekk, istituzzjonijiet pubbliċi, speċjalment dawk li jipprovdu servizzi essenzjali, għandhom jiżguraw li l-persunal tagħhom huwa mħarreġ f’oqsma relatati maċ-ċibersigurtà. It-tielet nett, l-Istati Membri għandhom jagħmlu s-sensibilizzazzjoni ċiber bħala prijorità f’kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, inklużi dawk immirati lejn l-iskejjel, l-universitajiet, il52 53 54 55 https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/digital-skills-jobs-coalition. L-“Indiċi ta’ Intelliġenza taċ-Ċibersigurtà” IBM tal-2014, imsemmija f’Securitymagazine.com, 19 ta’ Ġunju 2014. https://www.nomoreransom.org/. Ir-Regolament (UE) 910/2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (ir-Regolament eIDAS) adottat fit-23 ta’ Lulju 2014. Barra minn hekk, ilKummissjoni Ewropea qed tipprovdi elementi importanti u għodod għall-identifikazzjoni elettronika u linteroperabbiltà tal-Firma elettronika (eż. Listi ta’ Fiduċja ta’ Brawżers) permezz tal-Programm tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. 12

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents