komunità tan-negozju u l-korpi ta’ riċerka. Ix-xahar għas-Sigurtà Ċibernetika li jsir kull sena f’Ottubru, taħt il-koordinazzjoni tal-ENISA, se jitwessa’ biex jintlaħqu aktar nies fl-isforz ta’ komunikazzjoni komuni fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali. It-tqajjim ta’ sensibilizzazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kampanji online ta’ diżinformazzjoni u aħbarijiet foloz fuq il-midja soċjali mmirati speċifikament li jimminaw il-proċessi demokratiċi u l-valuri Ewropej huwa ugwalment importanti. Filwaqt li r-responsabbiltà primarja tibqa’ fil-livell nazzjonali — inkluż għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew — il-ġbir ta’ għarfien u l-qsim ta’ esperjenzi fil-livell Ewropew wera li huwa ta’ valur miżjud billi jipprovdu fokus għal azzjoni56. Hemm ukoll rwol bsaħħtu għall-industrija b’mod ġenerali, iżda b’attenzjoni partikolari għal fornituri ta’ servizzi diġitali u manifatturi. Jeħtieġ li jappoġġja l-utenti (individwi, negozji u amministrazzjonijiet pubbliċi) b’għodod li jippermettulhom jieħdu r-responsabbiltà għallazzjonijiet tagħhom online, billi jagħmilha ċara li ż-żamma taċ-ċiberiġjene hija parti indispensabbli mill-offerta lill-konsumaturi57. Biex issib u tneħħi vulnerabbiltajiet, l-industrija għandha taħdem sabiex ikollha proċessi interni li jittrattaw l-investigazzjoni, tikklassifika u ssolvi vulnerabbiltajiet, indipendentement minn jekk is-sors ta’ vulnerabbiltà potenzjali kienx estern jew fi ħdan il-kumpanija kkonċernata. Azzjonijiet ewlenin          56 57 58 L-implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u tas-Sistemi talInformazzjoni; L-adozzjoni rapida mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tar-Regolament li jistabbilixxi mandat ġdid għal ENISA u qafas Ewropew għaċ-ċertifikazzjoni58; Inizjattiva konġunta tal-Kummissjoni/tal-industrija għad-definizzjoni tal-prinċipju “dover ta’ kura” għat-tnaqqis tal-vulnerabbiltajiet tal-prodott/tas-softwer u l-promozzjoni ta’ “sigurtà permezz tad-disinn”; Implimentazzjoni rapida ta’ pjan ta’ azzjoni f’każ ta’ inċident ewlieni transfruntier; It-tnedija ta’ valutazzjoni tal-impatt biex tistudja l-possibbiltà għal proposta talKummissjoni fl-2018 biex jiġi stabbilit Netwerk ta’ Ċentri ta’ kompetenza dwar iċċibersigurtà u Ċentru għaċ-Ċibersigurtà Ewropea u Ċentru ta’ Kompetenza, li tibni fuq ilfażi pilota immedjata; Appoġġ lill-Istati Membri fl-identifikazzjoni ta’ oqsma fejn jistgħu jiġu kkunsidrati proġetti taċ-ċibersigurtà komuni għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għad-Difiża; Punt uniku ta’ servizz għall-UE kollha biex jgħin lill-vittmi ta’ attakki ċibernetiċi, u għoti ta’ informazzjoni dwar l-aħħar theddid u l-ġbir flimkien tal-aħħar pariri prattiċi u talgħodod taċ-ċibersigurtà; Azzjoni mill-Istati Membri biex tintegra ċ-ċibersigurtà fi programmi ta’ ħiliet, il-gvern elettroniku u kampanji ta’ sensibilizzazzjoni; Azzjoni min-naħa tal-industrija biex jiżdied it-taħriġ relatat maċ-ċibersigurtà għallpersunal tagħhom u jadottaw approċċ ta’ “sigurtà permezz tad-disinn” għall-prodotti, isEżempju ta’ dan huwa t-Task Force East StratCom stabbilit fl-2015 mill-Istati Membri u mir-Rappreżentant Għoli sabiex jindirizza rispons għall-kampanji Russi ta’ diżinformazzjoni li attwalment għaddejjin. Liskwadra hi involuta f’prodotti ta’ żvilupp ta’ komunikazzjoni u kampanji iffukati li jispjegaw il-politiki talUE fir-reġjun tas-Sħubija tal-Lvant. Xi manifatturi diġà draw dan il-kunċett kif ukoll mil-leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-prodotti (bħad-Direttiva dwar il-Makkinarju 2006/42/KE) jistipula l-prinċipji għal “sigurtà permezz tad-disinn”. COM(2017) 477. 13

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents