servizzi u l-proċessi tagħhom. IL-ĦOLQIEN TA’ DETERRENZA ĊIBERNETIKA EFFETTIVA TAL-UE 3. Deterrenza effettiva tfisser tqiegħed fis-seħħ qafas ta’ miżuri li huma kemm kredibbli kif ukoll konvinċenti għal dawk li jixtiequ jkunu kriminali u aggresuri ċibernetiċi. Sakemm lawturi ta’ attakki ċibernetiċi — kemm statali u mhux statali — m’għandhomx minn xiex jibżgħu minbarra l-falliment, huma mhux se jkollhom inċentiv kbir biex ikomplu jippruvaw. Rispons ta’ infurzar tal-liġi aktar effettiv li jiffoka fuq l-identifikazzjoni, l-intraċċar u lprosekuzzjoni tal-kriminali ċibernetiċi huwa ċentrali għall-bini ta’ deterrenza effettiva. Flimkien ma’ dan hija l-ħtieġa li l-UE tappoġġja l-Istati Membri fl-iżvilupp ta’ kapaċitajiet b’użu doppju taċ-ċibersigurtà. Inkunu nistgħu naqilbu għal xejra ġdida dwar l-attakki ċibernetiċi meta nżidu l-possibbiltajiet li wieħed jinqabad u jiġi sanzjonat għat-twettiq tagħhom. L-attakki ċibernetiċi għandhom jiġu investigati fil-pront u l-awturi responsabbli għandhom jitressqu quddiem il-ġustizzja, jew tittieħed azzjoni sabiex ikun hemm rispons politiku jew diplomatiku xieraq. F’każ ta’ kriżi ewlenija b’dimensjoni internazzjonali importanti u ta’ difiża, ir-Rappreżentanta Għolja tista’ tippreżenta opzjonijiet għal rispons xieraq lill-Kunsill. Pass wieħed lejn it-titjib tar-rispons tal-liġi kriminali għal attakki ċibernetiċi diġà ttieħed bladozzjoni fl-2013 tad-Direttiva dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni59. Dan jistabbilixxi regoli minimi li jikkonċernaw id-definizzjoni ta’ reati kriminali u sanzjonijiet filqasam tal-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u pprovda għal miżuri operazzjonali biex titjieb il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet. Id-Direttiva wasslet għal progress sostantiv filkriminalizzazzjoni tal-attakki ċibernetiċi fuq livell komparabbli fl-Istati Membri kollha, li tiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi li qed jinvestigaw dan it-tip ta’ reati. Madankollu, għad hemm kamp ta' applikazzjoni konsiderevoli għadDirettiva biex tilħaq il-potenzjal sħiħ tagħha jekk l-Istati Membri kellhom jimplimentaw iddispożizzjonijiet kollha b’mod sħiħ60. Il-Kummissjoni se tkompli tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tagħhom tad-Direttiva u attwalment ma tarax il-ħtieġa li tipproponi emendi għaliha. 3.1 L-identifikazzjoni ta’ atturi malizzjużi Sabiex jiżdiedu ċ-ċansijiet tagħna li l-awturi jitressqu quddiem il-ġustizzja, għandna bżonn urġenti li ntejbu l-kapaċità tagħna li nidentifikaw lil dawk responsabbli għal attakki ċibernetiċi. Il-kisba ta’ informazzjoni utli għal investigazzjonijiet ta’ ċiberkriminalità, l-aktar f’forma ta’ traċċi diġitali, hija sfida kbira għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. Għalhekk, għandna bżonn inżidu l-kapaċità teknoloġika li ninvestigaw b’mod effettiv, inkluż permezz tat-tisħiħ tal-unità taċ-ċiberkriminalità tal-Europol b’esperti taċ-ċibernetika. L-Europol saret attur ewlieni fl-appoġġ tal-Istati Membri fl-investigazzjonijiet multi-ġurisdizzjonali. Dan għandu jsir ċentru ta’ għarfien tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri dwar investigazzjonijiet online u l-forensika ċibernetika. Il-prattika mifruxa ta’ tqegħid ta’ utenti multipli — kultant eluf minnhom — msejsa fuq indirizz IP wieħed jagħmilha teknikament diffiċli ħafna biex tinvestiga mġiba online malizzjuża. Minħabba f'hekkġieli tkun meħtieġa, pereżempju għal reati kriminali serji bħalma hu l-abbuż sesswali tat-tfal, biex tinvestiga għadd kbir ta’ utenti sabiex jiġi identifikat attur 59 60 Id-Direttiva 2013/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Awwissu 2013 dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni. COM(2017)474. 14

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents