ċiberkriminalità transfruntiera. Pass ieħor għandu jirrifletti l-fokus teknoloġiku stabbilit hawn
fuq għal kriptaġġ billi wieħed iħares lejn kif l-abbuż minn kriminali joħloq sfidi sinifikanti filġlieda kontra reati serji, inkluż it-terroriżmu u ċ-ċiberkriminalità. Il-Kummissjoni se tressaq ir66
riżultati ta’ riflessjonijiet attwali dwar ir-rwol ta’ kriptaġġ fl-investigazzjonijiet kriminali sa
67
Ottubru 2017 .
Minħabba n-natura mingħajr fruntieri tal-internet, il-qafas għall-kooperazzjoni internazzjonali
pprovdut mill-Konvenzjoni ta’ Budapest dwar iċ-Ċiberkriminalità68 tal-Kunsill talEwropa joffri l-opportunità fost grupp divers ta’ pajjiżi li jużaw l-istandard legali ottimali
għal-leġiżlazzjoni nazzjonali differenti li tindirizza iċ-ċiberkriminalità. Bħalissa qed tiġi
esplorata żieda possibbli ta’ protokoll għall-Konvenzjoni69, li tkun tista’ tipprovdi wkoll
opportunità utli biex tiġi indirizzata l-kwistjoni ta’ aċċess transfruntier għal evidenza
elettronika f’kuntest internazzjonali. Minflok il-ħolqien ta’ strumenti legali internazzjonali
ġodda għal kwistjonijiet ta’ ċiberkriminalità, l-UE ssejjaħ lill-pajjiżi kollha biex ifasslu
leġiżlazzjoni nazzjonali xierqa u jfittxu kooperazzjoni fi ħdan dan il-qafas internazzjonali
eżistenti.
Id-disponibbiltà mifruxa ta’ għodod ta’ anonimizzazzjoni tagħmilha iżjed faċli għall-kriminali
biex jinħbew. Id-“Darknet”70 fetaħ toroq ġodda għall-kriminali biex jaċċessaw materjal talabbuż sesswali tat-tfal, id-drogi jew l-armi tan-nar, ħafna drabi bi ftit riskju li wieħed
jinqabad71. Issa huwa wkoll sors ewlieni ta’ għodod użati kontra ċ-ċiberkriminalità, bħal
malwer u għodod ta’ hacking. Il-Kummissjoni, flimkien mal-partijiet interessati rilevanti, se
tanalizza l-approċċi nazzjonali bil-ħsieb li jiġu identifikati soluzzjonijiet ġodda. L-Europol
għandha tiffaċilita u tappoġġja l-investigazzjonijiet fuq id-darknet, tivvaluta t-theddid u tgħin
biex tiddetermina l-ġurisdizzjoni u tagħti prijorità lil każijiet ta’ riskju għoli, u li l-UE jista’
jkollha rwol ewlieni fil-koordinazzjoni ta’ azzjoni internazzjonali72.
Qasam wieħed tal-attività taċ-ċiberkriminalità li qed jikber huwa l-użu frodulenti ta’ dettalji
tal-kard tal-kreditu jew mezzi elettroniċi oħra ta’ pagament. Kredenzjali ta’ pagament
miksuba permezz ta’ attakki ċibernetiċi kontra l-bejjiegħa bl-imnut fuq l-internet jew xi forma
oħra ta’ negozji leġittimi mbagħad jiġu negozjati online u jistgħu jintużaw minn kriminali
66
67
68
69
70
71
72
Il-Presidenza tal-Kunsill, “L-Eżitu tal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni tat-8 u d-9 ta’
Diċembru 2016”, Nru. 15391/16.
It-tmien rapport ta’ progress lejn Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina tad-29 ta’ Ġunju 2017, (COM(2017)
354 final.
Il-Konvenzjoni hi l-ewwel trattat internazzjonali dwar reati mwettqa permezz tal-internet u netwerks oħrajn
ta’ kompjuters, li jitrattaw b’mod partikolari ma’ ksur tad-drittijiet tal-awtur, frodi relatata ma’ kompjuters,
pedopornografija u ksur tas-sigurtà ta’ netwerk. https://www.coe.int/en/web/conventions/full-list//conventions/treaty/185 Fl-2017, 55 gvern irratifika jew issieħeb fil-Konvenzjoni Ewropea dwar iċĊiberkriminalità.
It-Termini ta’ Referenza għat-tħejjija ta’ abbozz tat-tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni ta’
Budapest dwar iċ-Ċiberkriminalità, T-CY (2017)3.
Id-darknet jikkonsisti f’kisja netwerks li jużaw l-internet iżda jeħtieġu softwer , konfigurazzjonijiet jew
awtorizzazzjoni speċifiċi għal aċċess. Id-darknet jifforma parti żgħira mill-web profond, il-parti tal-Web
mhux indiċjata mill-magni tat-tiftix.
Eċċezzjoni notevoli hija t-tneħħija riċenti ta’ tnejn mill-akbar swieq tad-dark Web kriminali, AlphaBay u
Hansa: https://www.europol.europa.eu/newsroom/news/massive-blow-to-criminal-dark-web-activities-afterglobally-coordinated-operation.
L-Europol diġà għandha rwol importanti f’dan il-qasam. Għal eżempju reċenti ara:
https://www.europol.europa.eu/newsroom/news/massive-blow-to-criminal-dark-web-activities-afterglobally-coordinated-operation.
16
Select target paragraph3
Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents