kooperazzjoni permezz ta’ proġetti speċifiċi bħalma huma ċ-Ċentru Ċibernetiku tal-Frodi
Online u n-Netwerk ta’ Esperti,77 li jimplimentaw il-mudell tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni
u standard biex janalizzaw u jimmitigaw ir-riskji ta’ frodi online u reati elettroniċi.
Fil-kuntest taċ-ċiberkriminalità, impriżi privati jridu jkunu jistgħu jikkondividu informazzjoni
dwar inċidenti konkreti tal-infurzar tal-liġi — inkluża dejta personali — b’rispett sħiħ tarregoli tal-protezzjoni tad-dejta. Ir-riforma tal-protezzjoni tad-dejta tal-UE, li se tidħol fis-seħħ
f’Mejju tal-2018, tipprovdi sett ta’ regoli komuni li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom
l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u ta’ entitajiet privati jistgħu jikkooperaw. Il-Kummissjoni
Ewropea se taħdem mal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u l-partijiet interessati
rilevanti biex tidentifika l-aħjar prattiki f’dan il-qasam u, fejn xieraq, tipprovdi gwida.
3.4 Intensifikar tar-rispons politiku
Il-qafas adottat reċentement għal rispons diplomatiku konġunt tal-UE għal attivitajiet
malizzjużi ċibernetiċi78 (is-”sett ta' għodod taċ-ċiberdiplomazija”) jistabbilixxi l-miżuri taħt
il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni, inklużi miżuri restrittivi li jistgħu jintużaw biex
tissaħħaħ ir-reazzjoni tal-UE għal attivitajiet li jolqtu l-interessi politiċi, ta’ sigurtà u
ekonomiċi. Il-qafas jikkostitwixxi pass importanti fl-iżvilupp ta’ sinjalar u kapaċitajiet ta’
reazzjoni fuq livell tal-UE u tal-Istati Membri. Dan se jżid il-kapaċità tagħna li nattribwixxu
attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi, bl-għan li jinfluwenzaw l-imġiba ta’ aggressuri potenzjali,
filwaqt li tiġi kkunsidrata l-ħtieġa li jiġi żgurat rispons proporzjonati. L-attribuzzjoni lil attur
Statali jew attur mhux Statali tibqa’ d-deċiżjoni politika sovrana bbażata fuq l-intelligence tassorsi kollha. Il-ħidma fuq l-implimentazzjoni tal-Qafas attwalment għaddejja ma’ Stati
Membri u wkoll titmexxa ‘l quddiem f’koordinazzjoni mill-qrib mal-Pjan ta’ Azzjoni dettaljat
għal rispons għal inċidenti ċibernetiċi fuq skala kbira79. L-għarfien tas-sitwazzjoni meħtieġa
għall-użu ta’ miżuri fi ħdan il-qafas għandu jiġu magħqud flimkien, analizzat u kondiviż
permezz tal-INTCEN,80 f’ħidma mill-qrib flimkien mal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet talUE.
3.5 Bini ta’ deterrent taċ-ċibersigurtà permezz tal-kapaċitajiet ta’ difiża tal-Istati
Membri
L-Istati Membri diġà qed jiżviluppaw kapaċitajiet fil-qasam taċ-ċiberdifiża. Barra minn hekk,
minħabba l-ambigwità bejn id-difiża ċibernetika u s-sigurtà ċibernetika u n-natura ta’ użu
doppju ta’ għodod ċibernetiċi u teknoloġiji, kif ukoll differenzi kbar bejn l-approċċi tal-Istati
Membri, l-UE tinsab f’pożizzjoni tajba biex tippromwovi sinerġiji bejn l-isforzi militari u
dawk ċivili81.
Dawk l-Istati Membri b’kapaċitajiet aktar avvanzati taċ-ċibersigurtà u li huma lesti biex
jiġbruhom flimkien jistgħu jikkunsidraw, bl-appoġġ tar-Rappreżentant Għoli, il-Kummissjoni
u l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, biex jinkludu ċ-ċibersigurtà fil-qafas ta’ “Kooperazzjoni
77
78
79
80
81
L-inizjattiva EU-OF2CEN għandha l-għan li tippermetti l-qsim sistematiku u mal-UE kollha ta’
informazzjoni relatata ma’ frodi tal-internet bejn il-banek u s-servizzi tal-infurzar tal-liġi għall-prevenzjoni
ta’ pagamenti għal dawk li jwettqu l-frodi u kurrieri ta' flus miksuba illegalment u għall-investigazzjoni u lprosekuzzjoni tal-awturi involuti. Hija kofinanzjata mill-UE (il-Programm għall-Finanzjament tal-Pulizija
għas-Sigurtà Interna).
http://www.consilium.europa.eu/en/press/press-releases/2017/06/19-cyber-diplomacy-toolbox/.
C(2017) 6100.
JOIN(2016) 018 final.
L-UE tifhem l-ispazju ċibernetiku bħala isem ta’ dominju ta’ operazzjonijiet bħal art, arja u baħar. L-isforzi
fil-qasam taċ-ċiberdifiża jinkludu wkoll il-ħarsien u r-reżiljenza ta’ assi tal-ispazju u infrastrutturi tal-art
relatati.
18
Select target paragraph3
Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents