1.
INTRODUZZJONI
Iċ-ċibersigurtà hija essenzjali kemm għall-prosperità kif ukoll għas-sigurtà tagħna. Hekk kif
il-ħajja tagħna ta’ kuljum u l-ekonomiji tagħna jsiru dejjem aktar dipendenti fuq teknoloġiji
diġitali, aħna nsiru dejjem aktar esposti. L-inċidenti taċ-ċibersigurtà qed jiddiversifikaw,
kemm f’termini ta’ min hu responsabbli kif ukoll f’termini ta’ dak li jfittxu li jiksbu.
Attivitajiet Ċibernetiċi Malizzjużi ma jheddux biss l-ekonomiji tagħna u l-ispinta lis-Suq
Uniku Diġitali, iżda wkoll il-funzjonament innifsu tad-demokraziji, il-libertajiet u l-valuri
tagħna. Is-sigurtà tagħna fil-futur tiddependi fuq li nittrasformaw il-kapaċità tagħna li
nipproteġu l-UE kontra t-theddid ċibernetiku: Kemm il-kapaċità tal-infrastruttura ċivili kif
ukoll il-kapaċità ta’ dik militari jserrħu fuq is-sistemi diġitali. Dan ġie rikonoxxut mill-Kunsill
Ewropew ta’ Ġunju 20171, kif ukoll fl-Istrateġija Globali dwar il-Politika Barranija u ta’
Sigurtà Komuni għall-Unjoni Ewropea2.
Ir-riskji qed jiżdiedu b’mod esponenzjali. L-istudji jissuġġerixxu li l-impatt ekonomiku taċċiberkriminalità żdied b’ħames darbiet mill-2013 sal-2017 u jista’ jiżdied b’erba’ darbiet oħra
sal-20193. Ir-ransomware4 kellu żieda partikolari, bl-attakki riċenti5 jirriflettu żieda
drammatika fl-attività ċiberkriminali. Madankollu, ir-ransomware mhuwiex l-unika theddida.
It-theddid ċibernetiku kien ġej kemm minn atturi mhux statali kif ukoll minn atturi statali:
dawn spiss ikunu kriminali, immotivati mill-qliegħ, iżda jistgħu jkunu wkoll politiċi u
strateġiċi. It-theddida kriminali hija intensifikata mit-titpin tal-limiti bejn ċiberkriminalità u
kriminalità “tradizzjonali”, minħabba li l-kriminali jużaw l-internet kemm biex jespandu lattivitajiet tagħhom, kif ukoll bħala sors biex isibu metodi u għodod ġodda biex iwettqu lkriminalità6. Madankollu, fil-maġġoranza tal-każi, il-probabbiltà li jiġi identifikat il-kriminali
huma minimi, u l-probabbiltà ta’ prosekuzzjoni huma iżgħar minn hekk.
Fl-istess ħin, l-atturi statali qegħdin dejjem aktar jilħqu l-għanijiet ġeopolitiċi tagħhom mhux
biss permezz ta’ għodod tradizzjonali bħall-forza militari, iżda permezz ta’ għodod ċibernetiċi
aktar diskreti, inkluż permezz tal-interferenza fil-proċessi demokratiċi interni. Illum l-użu taċċiberspazju bħala qasam ta’ gwerra, kemm waħdu kif ukoll bħala parti mill-approċċ ibridu
huwa rikonoxxut b’mod wiesa’. Kampanji ta’ diżinformazzjoni, aħbarijiet foloz u
operazzjonijiet ċibernetiċi mmirati lejn infrastruttura kritika qed isiru aktar komuni u jeħtieġu
rispons. Għal din ir-raġuni, fil-Karta ta’ Riflessjoni tagħha dwar il-Ġejjieni tad-Difiża
Ewropea7 il-Kummissjoni enfasizzat l-importanza ta’ kooperazzjoni fid-difiża ċibernetika.
Sakemm ma ntejbux b’mod sostanzjali ċ-ċibersigurtà tagħna, ir-riskju se jiżdied mattrasformazzjoni diġitali. Sal-2020, għexieren ta’ biljuni ta’ apparat ta’ "Internet tal-Oġġetti"
huma mistennija jkunu konnessi mal-internet, iżda ċ-ċibersigurtà għad mhijiex prijoritizzata
fid-disinn tagħhom 8. Fin-nuqqas li jiġu protetti l-apparati li jikkontrollaw il-grilji tal-enerġija
1
2
3
4
5
6
7
8
http://www.consilium.europa.eu/en/press/press-releases/2017/06/23-euco-conclusions/.
http://europa.eu/globalstrategy/.
Ara pereżempju McAfee & Centre for Strategic and International Studies "Net losses: Estimating the Global
Cost of Cybercrime" 2014.
Ir-ransomware huwa tip ta’ softwer malizzjuż li jipprevjeni jew jillimita lill-utenti li jaċċessaw is-sistema
tagħhom, jew billi jimblokka l-iskrin tas-sistema inkella billi jimblokka l-fajls tal-utenti sakemm titħallas
somma flus.
F’Mejju 2017 l-attakk ta’ ransomware WannaCry affettwa aktar minn 400,000 kompjuter f’aktar minn 150
pajjiż. Xahar wara, l-attakk ta’ ransomware “Petya” laqat lill-Ukrajna u lil diversi kumpaniji madwar iddinja.
EUROPOL, Valutazzjoni ta' Theddid mill-Kriminalità Organizzata 2017.
https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/reflection-paper-defence_en.pdf.
IDC and TXT Solutions (2014), SMART 2013/0037 Cloud and IoT combination, studju għall-Kummissjoni.
2
Select target paragraph3
Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents