tagħna, il-karozzi u n-netwerks tat-trasport, il-fabbriki, il-finanzi, l-isptarijiet u d-djar jista’ jkollhom konsegwenzi devastanti u jikkawżaw ħsara kbira għall-fiduċja tal-konsumatur f’teknoloġiji emerġenti. Ir-riskju ta’ attakki politikament motivati fuq miri ċivili u ta’ nuqqasijiet fil-qasam tad-difiża ċibernetika ikompli japprofondixxi r-riskju aktar. L-approċċ stabbilit f’din il-Komunikazzjoni Konġunta se jagħmel l-UE f’pożizzjoni aħjar biex taffaċċja dawn it-theddidiet. Dan jibni reżiljenza akbar u awtonomija strateġika, u jżid ilkapaċitajiet f’termini ta’ teknoloġija u ħiliet, kif ukoll jgħin li jinbena suq uniku b’saħħtu. Għal dan hemm bżonn li l-istrutturi t-tajba jkunu fis-seħħ biex tinbena ċibersigurtà b'saħħitha u jkun hemm reazzjoni malli tkun meħtieġa, bl-involviment sħiħ tal-atturi ewlenin kollha. Lapproċċ jiskoraġġixxi b’mod aħjar ukoll l-attakki ċibernetiċi, billi jżid il-ħidma biex jiġu identifikati, traċċati u miżmuma dawk responsabbli. Dan jagħraf ukoll id-dimensjoni globali milli jiżviluppa kooperazzjoni internazzjonali bħala pjattaforma għat-tmexxija tal-UE dwar iċċibersigurtà. Dawn il-passi jibnu fuq l-approċċi tas-Suq Uniku Diġitali, l-Istrateġija Globali, lAġenda Ewropea dwar is-Sigurtà9, il-Qafas Konġunt dwar il-ġlieda kontra t-theddid ibridu 10 u l-Komunikazzjoni dwar it-Tnedija ta’ Fond Ewropew għad-Difiża1112. L-UE diġa’ qed taħdem fuq ħafna minn dawn il-kwistjonijiet: wasal iż-żmien li l-flussi ta’ ħidma differenti jingħaqdu flimkien. Fl-2013, L-UE waqqfet Strateġija taċ-Ċibersigurtà li tniedi serje ta’ flussi tax-xogħol ewlenin biex ittejjeb ir-reżiljenza ċibernetika13. L-għanijiet u l-prinċipji ewlenin tagħha li trawwem ekosistema ċibernetika affidabbli, sigura u miftuħa jibqgħu validi. Iżda l-evolviment tax-xenarju ta’ theddida dejjem jevolvi u kontinwu jitlob għal aktar azzjoni biex fil-futur ikun hemm aktar reżistenza għall-attakki jew jiġu skoraġġuti14. L-UE tinsab f’pożizzjoni tajba biex tindirizza ċ-ċibersigurtà, minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni tal-politiki tagħha u l-għodod, l-istrutturi u l-kapaċitajiet disponibbli għaliha. Filwaqt li l-Istati Membri jibqgħu responsabbli għas-sigurtà nazzjonali, l-iskala u n-natura transfruntiera tat-theddida huma biżżejjed biex l-UE tieħu azzjoni li tipprovdi inċentivi u tappoġġja lill-Istati Membri biex tiżviluppa u żżomm aktar kapaċitajiet taċ-ċibersigurtà nazzjonali u kapaċitajiet aħjar, filwaqt li fl-istess ħin tibni l-kapaċità fil-livell tal-UE. Dan lapproċċ huwa mfassal biex jistimula l-atturi kollha - lill-UE, lill-Istati Membri, lill-industriji u lill-individwi - biex jagħti liċ-ċibersigurtà l-prijorità li għandha bżonn biex tibni r-reżiljenza u jkollha rispons aħjar fil-livell tal-UE għal attakki ċibernetiċi. Dan se jġib passi konkreti biex jgħin jagħraf u jinvestiga kwalunkwe forma ta’ inċidenti ċibernetiċi kontra l-UE u l-Istati Membri tagħha u biex jirreaġixxi b’mod xieraq, inkluż permezz tal-prosekuzzjoni talkriminali. Dan se jippermetti li l-azzjoni esterna tal-UE tippromwovi b’mod effettiv iċċibersigurtà fuq livell globali. Ir-riżultat se jkun ċaqliqa għall-UE minn approċċ reattiv għal approċċ proattiv biex jipproteġi l-ħarsien tal-prosperità tal-Ewropa, is-soċjetà u l-valuri, kif ukoll id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, permezz ta’ rispons kemm għal theddid eżistenti kif ukoll għal dak futur. 9 10 11 12 13 14 COM(2015) 185 final. JOIN(2016) 18 final. COM(2017) 295 final. L-approċċ huwa sostnut ukoll permezz ta’ parir xjentifiku indipendenti mogħti mill-Grupp ta’ Livell Għoli ta’ Konsulenti Xjentifiċi tal-Mekkaniżmu għall-Parir Xjentifiku tal-Kummissjoni Ewropea (ara r-referenzi hawn taħt). JOIN(2013) 1 final. Valutazzjoni ta’ din l-istrateġija hija disponibbli fl-SWD (2017) 295. Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, il-proposti f’din il-Komunikazzjoni huma newtrali għall-finijiet ta’ baġit. Kwalunkwe inizjattiva li għandha implikazzjonijiet baġitarji se ssegwi l-proċeduri baġitarji annwali u ma tistax tippreġudika l-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss ta' wara l-2020. 3

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents