mhumiex disposti li jaqsmu informazzjoni rilevanti għaċ-ċibersigurtà minħabba l-biża’ li
tikkomprometti s-sigurtà nazzjonali jew il-kompetittività. Impriżi privati jsibuha bi tqila biex
jaqsmu informazzjoni dwar il-vulnerabbiltajiet ċibernetiċi u telf li kien ikkawżat minħabba lbiża’ li tikkomprometti informazzjoni kummerċjali sensittiva, u dan iġib miegħu riskju għarreputazzjoni tagħhom, jew jirriskjaw li jiksru r-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta34. Jeħtieġ li
tissaħħaħ il-fiduċja għal sħubijiet pubbliċi-privati biex tiġi sostnuta kooperazzjoni usa’ u lkondiviżjoni tal-informazzjoni fost numru ikbar ta’ setturi. Ir-rwol taċ-Ċentri ta’ Kondiviżjoni
ta’ Informazzjoni u ta’ Analiżi huwa partikolarment importanti fil-ħolqien tal-fiduċja
meħtieġa għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn is-settur privat u dak pubbliku. L-ewwel
passi ttieħdu f’ċerti setturi kritiċi bħalma huma l-avjazzjoni, permezz tal-ħolqien taċ-Ċentru
Ewropew għaċ-Ċibersigurtà fl-Avjazzjoni35, u l-enerġija, permezz tal-iżvilupp ta’ Ċentri ta’
Kondiviżjoni ta’ Informazzjoni u ta’ Analiżi36. Il-Kummissjoni se tikkontribwixxi b’mod sħiħ
għal dan l-approċċ, bl-appoġġ tal-ENISA, u huwa meħtieġ aċċellerar b’mod partikolari f’dak
li għandu x’jaqsam ma’ setturi li jipprovdu servizzi essenzjali kif identifikati mid-Direttiva
dwar iċ-Ċibersigurtà (NIS).
2.4
Reżiljenza permezz ta’ rispons rapidu ta’ emerġenza
Meta jseħħ attakk ċibernetiku, rispons malajr u effettiv jista’ jtaffi l-impatt tiegħu. Dan jista’
wkoll juri li l-awtoritajiet pubbliċi ma jkunux mingħajr saħħa meta jiġu ffaċċjati minn attakki
ċibernetiċi, u jikkontribwixxu biex tinbena l-fiduċja. F’dak li għandu x’jaqsam mar-rispons
tal-istituzzjonijiet tal-UE stess, fl-ewwel istanza l-aspetti ċibernetiċi għandhom ikunu integrati
fil-mekkaniżmi eżistenti tal-UE għall-ġestjoni ta’ kriżijiet: ir-rispons integrat tal-kriżi politika
tal-UE, koordinat mill-Presidenza tal-Kunsill37 u s-sistemi ta’ twissija bikrija tal-UE38. Ilħtieġa ta’ rispons għal inċident jew attakk ċibernetiku partikolarment sejru tista’ tkun
biżżejjed biex Stat Membru jinvoka l-Klawżola ta’ Solidarjetà tal-UE.39.
Rispons malajr u effettiv jiddependi wkoll fuq mekkaniżmu ta’ skambju rapidu ta’
informazzjoni bejn l-atturi ewlenin kollha fil-livell nazzjonali u tal-UE, li min-naħa tagħhom
jeħtieġu ċarezza dwar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom. Il-Kummissjoni
kkonsultat lill-istituzzjonijiet u l-Istati Membri tagħha dwar “Pjan ta’ Azzjoni” biex tipprovdi
proċess effettiv għal rispons operazzjonali fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri, għal
inċident ċibernetiku mifrux. Il-Pjan ta’ Azzjonippreżenta f’Rakkomandazzjoni40 f’dan ilpakkett jispjega kif iċ-ċibersigurtà tiġi integrata fil mekkaniżmi ta’ Maniġġjar ta’ Kriżijiet
eżistenti fil-livell tal-UE u jistabbilixxi l-objettivi u l-modalitajiet ta’ kooperazzjoni bejn lIstati Membri, kif ukoll bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet rilevanti tal-UE, is-servizzi, l-
34
35
36
37
38
39
40
Cybersecurity in the European Digital Single Market [Iċ-ċibersigurtà fis-Suq Uniku Diġitali Ewropew],
grupp ta’ Livell Għoli ta’ Konsulenti Xjentifiċi, Marzu 2017. Kwistjoni partikolari tikkonċerna s-sigrieti
kummerċjali, fejn il-Komunikazzjoni ta’ Lulju 2016 “Insaħħu r-Reżiljenza tal-UE għaċ-Ċibersigurtà” innutat
ir-reżistenza biex jiġi rappurtat is-serq ta’ sigrieti kummerċjali u l-importanza ta’ mezzi affidabbli għarrappurtar li jiżguraw il-kunfidenzjalità.
https://www.easa.europa.eu/newsroom-and-events/news/implementation-european-centre-cyber-securityaviationeccsa.
Dawn huma organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, immexxija mill-membri ffurmati minn entitajiet
privati u pubbliċi biex jaqsmu informazzjoni dwar it-theddid ċibernetiku, ir-riskji, il-prevenzjoni, ilmitigazzjoni u r-rispons. Ara eż. iċ-Ċentri ta’ Kondiviżjoni ta’ Informazzjoni u ta’ Analiżi tal-Enerġija
Ewropea (http://www.ee-isac.eu).
Dan jippermetti għall-koordinazzjoni tar-rispons għall-kriżijiet il-kbar transettorjali fl-ogħla livell politiku.
Dawn jippermettu l-kondiviżjoni u l-koordinazzjoni ta’ informazzjoni interna dwar kriżijiet multisettorali
emerġenti jew theddid prevedibbli jew imminenti li jeħtieġ azzjoni fuq il-livell tal-UE.
Skont l-Artikolu 222 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
C(2017) 6100.
8
Select target paragraph3
Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents