aġenziji u l-korpi41 tal-UE fir-rispons tagħhom għal inċidenti u kriżijiet ta’ ċibersigurtà fuq skala kbira. Ir-Rakkomandazzjoni titlob ukoll lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jistabbilixxu Qafas ta’ Rispons għall-Kriżi taċ-Ċibersigurtà tal-UE biex jitħaddem ilpjan. Il-pjan ta’ Azzjoni se jiġi ttestjat regolarment b’eżerċizzji ta’ ġestjoni tal-kriżijiet ċibernetiċi u oħrajn42 u se jiġi aġġornat kif meħtieġ. Minħabba li l-inċidenti ta’ ċibersigurtà jista’ jkollhom impatt sostanzjali fuq il-funzjonament tal-ekonomiji u fuq il-ħajja ta’ kuljum tan-nies, waħda mill-għażliet tista’ tkun li tiġi investigata l-possibbiltà ta’ Fond għar-Rispons ta' Emerġenza taċ-Ċibersigurtà, fuq leżempju ta’ mekkaniżmi ta’ kriżi oħra ta’ dan it-tip f’oqsma ta’ politika oħrajn tal-UE. Dan jippermetti lill-Istati Membri biex ifittxu l-għajnuna fil-livell tal-UE matul jew wara inċident kbir, dment li l-Istat Membru jkun implementa sistema prudenti ta’ ċibersigurtà qabel linċident, inkluża l-implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva NIS, ġestjoni tar-riskju matura u oqfsa superviżorji fil-livell nazzjonali. Fond bħal dan, li jikkumplimenta l-mekkaniżmi eżistenti għall-ġestjoni tal-kriżijiet fil-livell tal-UE, jista’ juża l-kapaċità ta’ tweġiba rapida flinteressi tas-solidarjetà u jiffinanzja azzjonijiet ta’ rispons għall-emerġenzi speċifiċi bħassostituzzjoni ta’ apparat kompromess jew l-użu ta’ għodod ta’ mitigazzjoni jew ta’ rispons, billi jibbaża ruħu fuq l-għarfien espert nazzjonali skont il-Mekkaniżmu tal-UE għallProtezzjoni Ċivili. 2.5 Netwerk ta’ kompetenza ta’ ċibersigurtà b’Ċentru Ewropew ta’ Riċerka u Kompetenza taċ-Ċibersigurtà L-għodda teknoloġiċi ta’ ċibersigurtà huma assi strateġiċi, kif ukoll teknoloġiji ewlenin ta’ tkabbir għall-futur. Huwa fl-interess strateġiku tal-UE li tiżgura li l-UE żżomm u tiżviluppa lkapaċitajiet essenzjali biex tiżgura l-ekonomija diġitali, is-soċjetà u d-demokrazija tagħha, biex tipproteġi l-ħardwer u s-softwer kritiċi u biex tipprovdi servizzi ta’ ċibersigurtà ewlenin. L-Isħubija Pubblika-Privata dwar iċ-Ċibersigurtà43 maħluqa fl-2016 kienet l-ewwel pass importanti, li skattat investiment sa massimu ta’ EUR 1.8 biljun sal-2020. Madankollu, liskala tal-investiment f’partijiet oħra tad-dinja44 tissuġġerixxi li l-UE għandha bżonn tagħmel aktar f’termini ta’ investiment biex tegħleb il-frammentazzjoni tal-kapaċitajiet mifruxa madwar l-UE. L-UE għandha valur miżjud minħabba li s-sofistikazzjoni tat-teknoloġija taċ-ċibersigurtà tipprovdi l-investiment meħtieġ fuq skala kbira u l-ħtieġa għal soluzzjonijiet li jaħdmu f’pajjiżi oħra tal-UE. Filwaqt li tibni fuq il-ħidma tal-Istati Membri u tas-Sħubija PubblikaPrivata, pass ulterjuri jkun li tiġi rinfurzata l-kapaċità taċ-ċibersigurtà tal-UE permezz ta’ netwerk ta’ ċentri ta’ kompetenza taċ-ċibersigurtà45 b’Ċentru Ewropew ta’ Riċerka u Kompetenza taċ-Ċibersigurtàfil-qalba tagħha. Dan in-netwerk u ċ-Ċentru tiegħu jistimulaw l-iżvilupp u l-użu tat-teknoloġija fiċ-ċibersigurtà u jikkomplementaw l-isforzi tal-bini talkapaċità f’dan il-qasam fuq livell tal-UE u fuq dak nazzjonali. Il-Kummissjoni ser tniedi 41 42 43 44 45 Inkluż l-Europol, l-ENISA, l-Iskwadra ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters tal-UE għallistituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE (CERT-EU) u ċ-Ċentru ta’ Analiżi tal-Intelligence tal-UE (INTCEN). Pereżempju, dawk immexxija mill-ENISA: https://www.enisa.europa.eu/topics/cyber-exercises/cybereurope-programme. C(2016) 4400 final. Fl-2017 biss, l-Istati Uniti se tinvesti 19-il biljun dollaru fiċ-ċibersigurtà, żieda ta’ 35 % meta mqabbla mal2016. Il-White House, l-Uffiċċju tas-Segretarju tal-Istampa: ‘Skeda Informattiva: “Il-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali dwar iċ-Ċibersigurtà”, id-9 ta’ Frar 2016. In-netwerk jista’ jinkludi ċentri eżistenti u futuri fiċ-ċiberasigurtà mwaqqfa fl-Istati Membri, li l-membri tagħhom ikunu tipikament organizzazzjonijiet pubbliċi tar-riċerka u laboratorji. 9

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents