wieħed malizzjuż. Għalhekk l-UE ser tinkoraġġixxi l-adozzjoni tal-protokoll il-ġdid (IPv6)
minħabba li dan jippermetti l-allokazzjoni ta’ utent wieħed għal kull indirizz IP, u b’hekk
iġġib benefiċċji ċari għall-infurzar tal-liġi u l-investigazzjonijiet tas-sigurtà ċibernetika. Bħala
l-ewwel pass biex titħeġġeġ l-adozzjoni ta’ din il-miżura, il-Kummissjoni se tintegra rrekwiżit biex tiċċaqlaq lejn IPv6 fil-politiki kollha tagħha, inklużi r-rekwiżiti fl-akkwist, liffinanzjar tal-proġetti u tar-riċerka kif ukoll l-appoġġ materjali ta’ taħriġ. Barra minn hekk, lIstati Membri għandhom jikkunsidraw il-possibbiltà ta’ ftehimiet volontarji mal-Fornituri tasServizz tal-Internet sabiex jixprunaw l-adozzjoni tal-IPv6.
Il-Belġju qiegħed fuq quddiem fid-dinja61 fir-rata għall-adozzjoni tal-IPv6 wkoll bis-saħħa ta’
kooperazzjoni pubblika-privata: il-partijiet ikkonċernati rilevanti kkunsidraw li jillimitaw lużu ta’ indirizz IP wieħed għal massimu ta’ 16-il utent bħala parti minn miżura ta’
awtoregolazzjoni volontarja, li inċentivat it-tranżizzjoni għall-IPv662.
B’mod aktar ġenerali, għandha tiġi promossa aktar ir-responsabbiltà online. Dan ifisser ilpromozzjoni ta’ miżuri li jipprevjenu l-abbuż ta’ ismijiet tad-dominju għad-distribuzzjoni ta’
messaġġi mhux mitluba jew attakki phishing. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni se taħdem
biex ittejjeb il-funzjonament u d-disponibbiltà u l-eżattezza tal-informazzjoni fl-Isem tadDominju u s-sistemi IP WHOIS63 f’konformità mal-isforzi tal-Korporazzjoni tal-Internet dwar
l-Ismijiet u n-Numri Assenjati64.
3.2
Intensifikar tar-rispons tal-infurzar tal-liġi
Investigazzjoni u prosekuzzjoni effettiva ta’ kriminalità bl-użu tal-internet hi deterrent
importanti għal min beħsiebu jwettaq attakki ċibernetiċi. Madankollu, il-qafas proċedurali tallum jeħtieġ jiġi adattat aħjar fl-era tal-internet65. Il-veloċità ta’ attakki ċibernetiċi tista’ tegħleb
il-proċeduri tagħna, kif ukoll toħloq ħtiġijiet partikolari għal kooperazzjoni rapida minn naħa
għal oħra tal-fruntieri. Għal dan l-għan, kif imħabbar fl-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà, ilKummissjoni kmieni fl-2018 se tressaq proposti biex tiffaċilita l-aċċess transfruntier għal
bażi ta’ evidenza elettronika. B’mod parallel, il-Kummissjoni qed timplimenta miżuri
prattiċi biex ittejjeb l-aċċess transfruntier għal evidenza elettronika għall-investigazzjonijiet
kriminali, inkluż finanzjament għat-taħriġ dwar il-kooperazzjoni transfruntiera, l-iżvilupp ta’
pjattaforma elettronika għall-iskambju ta’ informazzjoni fi ħdan l-UE, u l-istandardizzazzjoni
ta’ formoli użati tal-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri.
Ostaklu ieħor għal prosekuzzjoni effettiva hija l-proċeduri forensiċi differenti għall-ġbir ta’
evidenza elettronika fl-investigazzjonijiet taċ-ċiberkriminalità fl-Istati Membri. Din tista’
titnaqqas permezz ta’ ħidma lejn it-twaqqif ta’ standards forensiċi komuni. Barra minn hekk,
għall-appoġġ tat-traċċabbiltà u l-attribwizzjoni, jenħtieġ li jissaħħu l-kapaċitajiet forensiċi.
Pass wieħed ikun l-iżvilupp ulterjuri tal-kapaċità forensika eżistenti tal-Europol, l-adattament
tar-riżorsi baġitarji u umani fiċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità tal-Europol biex tiġi
sodisfatta l-ħtieġa li qed tikber għal appoġġ operazzjonali f’investigazzjonijiet ta’
61
62
63
64
65
https://www.google.com/intl/en/ipv6/statistics.html#tab=per-country-ipv6-adoption&tab=per-country-ipv6adoption.
http://bipt.be/public/files/nl/22027/Raadpleging_ipv6.pdf.
Protokoll ta’ tfittxija u rispons li jintuża ħafna għat-tiftix ta’ bażijiet tad-dejta li jaħżnu l-utenti rreġistrati jew
iċ-ċessjonarji ta’ riżorsa tal-internet.
Il-Korporazzjoni tal-Internet dwar l-Ismijiet u n-Numri Assenjati (ICANN) hija organizzazzjoni mingħajr
skop ta’ qligħ responsabbli għall-koordinazzjoni tal-proċeduri ta’ manutenzjoni ta’ bosta bażijiet tad-dejta
relatati mal-ispazji tal-ismijiet tal-internet.
Biex nagħtu eżempju wieħed biss, is-server ċentrali ta’ kmand u kontroll (virtwali) tal-botnet Avalanche
mexxa servers u dominji fiżiċi kull ħames minuti.
15
Select target paragraph3
Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents