Strutturata Permanenti” (PESCO). Dan jista’ jkun ibbażat fuq il-ħidma msemmija hawn fuq biex tinkoraġġixxi l-kapaċitajiet industrijali u l-awtonomija strateġika tal-UE. L-UE tista’ tippromwovi wkoll l-interoperabbiltà, inkluż bl-iffaċilitar tal-iżvilupp tal-kapaċità, ilkoordinazzjoni tat-taħriġ u l-edukazzjoni u l-użu doppju ta’ sforzi ta’ standardizzazzjoni. Għandu jsir ukoll użu sħiħ tal-qafas konġunt bħala rispons għat-theddid ibridu, li spiss jinvolvi attakki ċibernetiċi, notevolment permezz tal-Ċellola ta’ Fużjoni Ibrida tal-UE u ċĊentru Ewropew għall-Ġlieda kontra t-Theddid Ibridu stabbilit riċentement f’Ħelsinki, li lmissjoni tiegħu hu li jinkoraġġixxi djalogu strateġiku u jwettaq riċerka u analiżi. L-UE ser tagħti enfasi mġedda għall-Qafas tal-Politika għaċ-Ċiberdifiża tal-UE82, bħala għodda biex tkompli tintegra ċibersigurtà u difiża lejn Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK). Iċ-ċiber-reżiljenza tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK stess hi essenzjali: se jiġu żviluppati proċeduri standardizzati u kapaċitajiet tekniċi, li jistgħu jappoġġjaw kemm missjonijiet u operazzjonijiet ċivili u militari skjerati kif ukoll l-istrutturi ta’ Kapaċità talIppjanar u t-Tmexxija rispettivi tagħhom u l-fornituri ta’ servizzi tat-teknoloġija talinformazzjoni fis-SEAE. Sabiex isir avvanz fil-kooperazzjoni tal-Istati Membri u jkun hemm gwida aħjar fl-isforzi tal-UE f’dan il-qasam, l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u s-SEAE, b’kooperazzjoni mas-servizzi tal-Kummissjoni, se jiffaċilitaw l-impenn ta’ livell strateġiku bejn dawk li jfasslu l-politika taċ-ċiberdifiża tal-Istati Membri. L-UE ser tappoġġja wkoll liżvilupp ta’ soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà Ewropea bħala parti mill-isforzi tagħha favur Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea. Dan jinkludi wkoll it-trawwim ta’ raggruppamenti reġjonali ta’ eċċellenza taċ-ċibersigurtà u ċ-ċiberdifiża. Is-servizzi tal-Kummissjoni, filwaqt illi jaħdmu f’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEAE, l-Istati Membri u korpi oħra rilevanti tal-UE, ser iqiegħdu fis-seħħ sal-2018 pjattaforma ta’ edukazzjoni u taħriġ fil-qasam taċ-ċiberdifiża biex tiġi indirizzata d-diskrepanza attwali fil-ħiliet fil-qasam taċ-ċiberdifiża. Dan se jikkumplimenta l-ħidma tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża f’dan il-qasam, billi tindirizza d-diskrepanza attwali fil-ħiliet fil-qasam taċċibersigurtà u ċ-ċiberdifiża. Azzjonijiet ewlenin        82 Inizjattiva tal-Kummissjoni ta’ aċċess transfruntier għal evidenza elettronika (kmieni fl2018); L-adozzjoni rapida mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-Direttiva proposta dwar ilġlieda kontra l-frodi u l-iffalsifikar ta’ mezzi ta’ pagament mhux bi flus kontanti; L-introduzzjoni ta’ rekwiżiti dwar l-IPv6 fl-akkwisti tal-UE, ir-riċerka u l-finanzjament tal-proġetti; ftehimiet volontarji bejn l-Istati Membri u l-Fornituri tas-Servizz tal-Internet biex jiżdied l-użu tal-IPv6; Fokus imġedded/imwessgħa fl-Europol dwar il-forensika ċibernetika u l-monitoraġġ permezz tad-darknet; L-implimentazzjoni tal-qafas għal programm konġunt tal-UE bħala rispons diplomatiku għal attivitajiet malizzjużi ċibernetiċi; Appoġġ finanzjarju rafforzat għal proġetti nazzjonali u transnazzjonali għat-titjib talġustizzja kriminali fiċ-ċiberspazju. Pjattaforma ta’ edukazzjoni relatata maċ-ċibersigurtà biex tindirizza d-distakk fil-ħiliet taċ-ċibersigurtà u taċ-ċiberdifiża fl-2018. www.consilium.europa.eu/en/workarea/downloadasset.aspx?id=40802190515. 19

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents