tirreċiproka b’mod simili fl-2018. Ir-rapport li jmiss dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u nNATO, li għandu jitressaq quddiem il-Kunsilli rispettivi f’Diċembru 2017, ser joffri
opportunità biex jikkunsidraw il-possibbiltajiet biex ikomplu jespandu l-kooperazzjoni, b’mod
partikolari billi jiżguraw mezzi komuni, sikuri u robusti ta’ komunikazzjoni bejn listituzzjonijiet u l-korpi rilevanti kollha involuti, inklużi l-ENISA.
Azzjonijiet ewlenin
5.
Avvanz fil-qafas strateġiku għall-prevenzjoni tal-kunflitti u l-istabbiltà fiċ-ċiberspazju;
L-iżvilupp ta’ Bini ta’ Kapaċità tan-Netwerk biex jappoġġja l-kapaċità ta’ pajjiżi terzi biex
jindirizzaw it-theddid ċibernetiku u l-Linji Gwida dwar il-Bini tal-Kapaċità taċĊibersigurtà tal-UE biex jiġu prijoritizzati aħjar l-isforzi tal-UE;
Kooperazzjoni ulterjuri bejn l-UE u n-NATO, inkluż il-parteċipazzjoni b’mod parallel u
kkoordinat f’eżerċizzji u interoperabbiltà msaħħa ta’ standards taċ-ċibersigurtà.
KONKLUŻJONI
It-tħejjija ċibernetika tal-UE hija ta’ importanza ċentrali kemm għas-Suq Uniku Diġitali u lPolitika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża. It-titjib taċ-ċibersigurtà Ewropea u l-indirizzar tat-theddid
kemm lil objettivi ċivili u militari huwa essenzjali.
Is-Summit Diġitali li jmiss organizzat mill-Presidenza tal-Estonja fid-29 ta’ Settembru 2019
jipprovdi opportunità biex nuru determinazzjoni komuni biex npoġġu ċ-ċibersigurtà fil-qalba
tal-UE bħala soċjetà diġitali. Bħala parti minn dan l-impenn komuni, il-Kummissjoni tappella
lill-Istati Membri biex iwiegħdu kif biħsiebhom jaġixxu fl-oqsma fejn għandhom irresponsabbiltà primarja. Dan għandu jinkludi t-tisħiħ tas-sigurtà ċibernetika permezz ta’:
Żgurar ta’ implimentazzjoni sħiħa u effettiva tad-Direttiva dwar iċ-Ċibersigurtà (NIS) sad9 ta’ Mejju 2018, kif ukoll ir-riżorsi meħtieġa għall-awtoritajiet pubbliċi responsabbli
għas-sigurtà ċibernetika biex iwettqu b’mod effettiv il-kompiti tagħhom;
L-applikazzjoni tal-istess regoli għal amministrazzjonijiet pubbliċi, minħabba r-rwol li
għandhom fis-soċjetà u l-ekonomija kollha kemm hi;
Il-provvista ta’ taħriġ relatat maċ-ċibersigurtà fl-amministrazzjoni pubblika;
Il-prijoritizzazzjoni tal-għarfien ċibernetiku f’kampanji ta’ informazzjoni u li jinkludi ċċibersigurtà bħala parti minn kurrikulu akkademiku u ta’ taħriġ vokazzjonali;
L-użu ta’ inizjattivi dwar il-“Kooperazzjoni Strutturata Permanenti” (PESCO) u l-Fond
Ewropew tad-Difiża biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ta’ proġetti fil-qasam taċ-ċiberdifiża.
Din il-Komunikazzjoni Konġunta stabbilixxiet il-kobor tal-isfida, u l-firxa ta’ miżuri li l-UE
tista’ tieħu. Għandna bżonn ta’ Ewropa li tkun reżiljenti, li tista’ tipproteġi l-poplu tagħha
b’mod effettiv billi tantiċipa l-inċidenti ta’ ċibersigurtà, bil-bini ta’ protezzjoni b’saħħitha talistrutturi u l-imġiba tagħha, billi tirkupra malajr minn kwalunkwe attakki ċibernetiċi, u li
tiskoraġġixxi lil dawk responsabbli. Din il-Komunikazzjoni tippreżenta miżuri mmirati li
jsaħħu aktar l-istrutturi u l-kapaċitajiet taċ-ċibersigurtà tal-UE b’mod koordinat,
b’kooperazzjoni sħiħa tal-Istati Membri u d-diversi strutturi tal-UE kkonċernati u li
jirrispettaw il-kompetenzi u r-responsabbiltajiet tagħhom. L-implimentazzjoni tagħha se
tipprovdi prova ċara li l-UE u l-Istati Membri se jaħdmu flimkien sabiex jistabbilixxu livell
ta’ ċibersigurtà ugwali għal sfidi dejjem akbar li qed tiffaċċja l-Ewropa llum.
22
Select target paragraph3
Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents