jintużaw skemi taħt il-qafas biex jindikaw li l-prodotti jinbnew bl-użu ta’ metodi ta’ żvilupp sikurtal-ogħla livell, li jkunu għaddew minn testijiet xierqa ta’ sigurtà, u li lbejjiegħa impenjaw ruħhom li jaġġornaw is-softwer tagħhom f’każ ta’ theddid jew vulnerabbiltajiet ġodda skoperti reċentement. Dawn il-prijoritajiet għandhom jieħdu kont partikolari, tax-xenarju tat-theddida taċċibersigurtà li qed tevolvi, kif ukoll tal-importanza ta’ servizzi essenzjali bħal servizzi tattrasport, l-enerġija, il-kura tas-saħħa, il-banek, l-infrastrutturi tas-swieq finanzjarji, ilma taxxorb jew l-infrastruttura diġitali23. Filwaqt li l-ebda prodott, sistema jew servizz tal-ICT ma jista’ jkun iggarantit li huwa sikur“100 %”, hemm diversi difetti magħrufa u ddokumentati sew fid-disinn ta’ prodotti talICT li jistgħu jiġu sfruttati għal attakki. Approċċ ta’ “sigurtà skont id-disinn” adottat minn produtturi ta’ apparati konnessi, softwer u apparat tal-IT jiżgura li ċ-ċibersigurtà tkun indirizzata qabel ma jitqiegħdu prodotti ġodda fis-suq. Dan jista’ jkun parti mill-prinċipju ta’ “dover ta’ kura”, li għandu jiġi żviluppat flimkien mal-industrija, li jista’ jnaqqas ilvulnerabbiltajiet tal-prodott/tas-softwer bl-applikazzjoni ta’ firxa ta’ metodi mid-disinn, littestjar u l-verifika, inkluż verifika formali fejn ikun applikabbli, manutenzjoni fit-tul, u l-użu ta’ tagħmir sikur tal-iżvilupp, kif ukoll l-iżvilupp ta’ proċessi, aġġornamenti u patches biex jindirizzaw il-vulnerabbiltajiet mhux skoperti qabel u aġġornament u tiswija malajr24. Dan se jżid ukoll il-fiduċja tal-konsumaturi fi prodotti diġitali. Barra minn hekk, ir-rwol importanti ta' riċerkaturi tas-sigurtà ta’ parti terza biex jiskopru lvulnerabbiltajiet fi prodotti u servizzi eżistenti għandu jiġi rikonoxxut u l-kundizzjonijiet li jippermettu żvelar tal-vulnerabbiltà25 koordinata għandhom jinħolqu fl-Istati Membri, u jibnu fuq l-aħjar prattiki26 u standards rilevanti 27. Fl-istess ħin, diversi setturi qed jaffaċċjaw kwistjonijiet speċifiċi u għandhom jiġu inkoraġġuti biex jiżviluppaw l-approċċ tagħhom stess. B’dan il-mod, l-istrateġiji ġenerali taċċibersigurtà jkunu kkumplimentati minn strateġiji ta’ ċibersigurtà speċifiċi għas-settur f’oqsma bħas-servizzi finanzjarji28, l-enerġija, it-trasport u s-saħħa29. Il-Kummissjoni diġà enfasizzat il-kwistjonijiet speċifiċi dwar ir-responsabbiltà mqajma minn teknoloġiji diġitali ġodda30 u għaddejja ħidma biex tanalizza l-implikazzjonijiet; il-passi li jmiss se jitlestew sa Ġunju 2018. Iċ-ċibersigurtà tqajjem kwistjonijiet madwar lattribuzzjoni ta’ ħsara għan-negozji u għall-ktajjen tal-provvista u jekk ma jiġux indirizzati 23 24 25 26 27 28 29 30 Is-setturi fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u talKunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi talinformazzjoni madwar l-Unjoni. Cybersecurity in the European Digital Single Market [Iċ-ċibersigurtà fis-Suq Uniku Diġitali Ewropew], Grupp ta’ Livell Għoli ta’ Konsulenti Xjentifiċi, Marzu 2017 L-iżvelar tal-vulnerabbiltà koordinata huwa forma ta’ kooperazzjoni li tiffaċilita u tippermetti lir-riċerkaturi tas-sigurtà biex jirrappurtaw il-vulnerabbiltajiet lis-sid jew lill-bejjiegħ tas-sistema ta’ informazzjoni, u jagħti l-opportunità lill-organizzazzjoni biex tiddijanjostika u tirrimedja l-vulnerabbiltà b’mod korrett u f’waqtu qabel ma l-informazzjoni dettaljata dwar il-vulnerabbiltà tkun żvelata lil partijiet terzi jew lill-pubbliku. Pereżempju l-Prattika Tajba dwar l-Iżvelar tal-Vulnerabbiltà. Minn sfidi għal rakkomandazzjonijiet, ENISA, 2016 ISO/IEC 29147: 2014 Teknoloġija tal-informatika — Tekniki ta’ sikurezza — Vulnerabilità tal-iżvelar. Il-ħidma li jmiss tal-Kummissjoni dwar it-teknoloġija finanzjarja se tkopri ċ-ċibersigurtà għas-settur finanzjarju. Fis-settur tal-enerġija, pereżempju, il-kombinazzjoni ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni antiki ħafna u avvanzati ħafna, b’mod partikolari r-rekwiżiti f’ħin reali tal-grilja tal-enerġija. COM(2017) 228. 6

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents