dawn il-kwistjonijiet jiġi mfixkel l-iżvilupp ta’ suq uniku b’saħħtu fi prodotti u servizzi taċċibersigurtà. Fl-aħħar nett, l-iżvilupp tas-suq uniku tal-UE jiddependi wkoll fuq l-ikkunsidrar taċċibersigurtà f’politika dwar il-kummerċ u l-investiment. L-effett ta’ akkwisti barranin fuq itteknoloġiji kritiċi - li ċ-ċibersigurtà hija eżempju importanti minnhom — hija aspett ewlieni fil-qafas għall-iskrinjar ta’ investiment dirett barrani fl-Unjoni Ewropea31, li għandu lgħan li jippermetti skrinjar ta’ investimenti minn pajjiżi terzi għal raġunijiet ta’ sigurtà u ta’ ordni pubblika. Bl-istess mod, ir-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà diġà ħolqu ostakoli lill-kummerċ għal prodotti u servizzi tal-UE f’setturi importanti f’numru ta’ ekonomiji ta’ pajjiżi terzi. Ilqafas għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tal-UE se jkompli jsaħħaħ il-pożizzjoni internazzjonali tal-Ewropa, u għandu jiġi kkumplimentat minn sforzi kontinwi favur liżvilupp ta’ standards globali ta’ livell għoli ta’ sigurtà u ftehimiet ta’ rikonoxximent reċiproku. 2.3 L-Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u tas-Sistemi talInformazzjoni b’mod sħiħ B’għodda prinċipali għall-ġlieda kontra ċ-ċibersigurtà llum f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali, lUE rrikonoxxiet il-ħtieġa li tgħolli l-istandards. L-inċidenti ta’ ċibersigurtà fuq skala kbira rarament jaffettwaw biss Stat Membru wieħed, minħabba n-natura dejjem aktar globalizzata, dipendenti fuq id-diġitalità u n-natura interkonnessa ta’ setturi ewlenin, bħal dak bankarju, talenerġija jew tat-trasport. Id-Direttiva dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u tas-Sistemi tal-Informazzjoni (“id-Direttiva NIS”) hija l-ewwel liġi taċ-ċibersigurtà fl-UE kollha.32. Hija mfassla biex tibni r-reżiljenza billi ttejjeb il-kapaċitajiet taċ-ċibersigurtà nazzjonali; titrawwem kooperazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri; u li tobbliga lill-impriżi f’setturi ekonomiċi importanti li jadottaw prattiki ta’ ġestjoni effettiva tar-riskji u li jirrapportaw inċidenti serji lill-awtoritajiet nazzjonali. Dawn lobbligi japplikaw ukoll għal tliet tipi ta’ fornituri ta’ servizzi tal-internet ewlenin: cloud computing, magni tat-tiftix u swieq onlajn. Din għandha l-għan li jkun hemm approċċ aktar sistematiku u fluss aħjar ta’ informazzjoni. L-implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva mill-Istati Membri kollha sa Mejju 2018 hija essenzjali għar-reżiljenza ċibernetika tal-UE. Dan il-proċess qed jiġi appoġġjat minn ħidma kollettiva mill-Istati Membri li sal-ħarifa tal-2017, se tirriżulta f’linji gwida biex tappoġġja implimentazzjoni aktar armonizzata, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam ma’ operaturi ta’ servizzi essenzjali. Il-Kummissjoni qiegħda wkoll toħroġ Komunikazzjoni33 bħala parti minn dan il-pakkett taċ-ċibersigurtà biex tappoġġja l-isforzi tagħhom billi tipprovdi l-aħjar prattiki mill-Istati Membri rilevanti għall-implimentazzjoni tad-Direttiva u gwida dwar il-mod li bih id-Direttiva għandha taħdem fil-prattika. Żona fejn id-Direttiva ser ikollha tiġi supplimentata hija l-fluss ta’ informazzjoni. Pereżempju, id-Direttiva tkopri biss setturi strateġiċi ewlenin — iżda loġikament metodu simili użat millpartijiet interessati kollha milquta minn attakki ċibernetiċi huwa essenzjali biex ikun hemm valutazzjoni sistematika tal-vulnerabbiltajiet u punti ta’ dħul tal-awturi għal attakki ċibernetiċi. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni u l-qsim tal-informazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat qed tiffaċċja għadd ta’ ostakli. Gvernijiet u awtoritajiet pubbliċi 31 32 33 COM(2017) 478. Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni. COM(2017) 476. 7

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents