Din it-taqsima tiffoka fuq kif id-Direttiva NIS isaħħaħ l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri billi
teżiġi li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-Iskwadri tar-Rispons għal Inċidenti relatati
mas-Sigurtà tal-Kompjuters (is-CSIRTs) ikunu effettivi. B’mod aktar preċiż, din it-taqsima
tkopri l-obbligu li jinħatru awtoritajiet nazzjonali kompetenti, inkluż bir-rwol ta’ punt uniku
ta’ kuntatt. Din tiddiskuti tliet temi: (a) l-istrutturi nazzjonali ta’ governanza possibbli (eż.
mudelli ċentralizzati, deċentralizzati, eċċ) u rekwiżiti oħrajn; (b) ir-rwol tal-punti uniċi ta’
kuntatt u (c) l-Iskwadri tar-Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters (isCSIRTs).
3.1. It-tip ta’ awtoritajiet
L-Artikolu 8 tad-Direttiva NIS jeżiġi li l-Istati Membri jaħtru awtoritajiet nazzjonali
kompetenti dwar is-sigurtà tan-netwerks u s-sistemi tal-informazzjoni, filwaqt li espressament
jagħraf il-possibbiltà li jaħtru “awtorità nazzjonali kompetenti waħda jew aktar”. Il-premessa
30 tad-Direttiva tispjega din l-għażla ta’ politika: “Fid-dawl tad-differenzi fl-istrutturi
nazzjonali ta’ governanza u sabiex jiġu salvagwardjati arranġamenti settorjali jew korpi
superviżorji u regolatorji tal-Unjoni diġà eżistenti u biex jiġi evitat xogħol doppju, l-Istati
Membri jenħtieġ ikunu jistgħu jaħtru aktar minn awtorità nazzjonali kompetenti waħda
responsabbli għat-twettiq tal-kompiti marbuta mas-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi talinformazzjoni ta’ operaturi tas-servizzi essenzjali u fornituri tas-servizzi diġitali skont din idDirettiva.”
Għaldaqstant, l-Istati Membri huma liberi biex jagħżlu li jaħtru awtorità ċentrali waħda li
tittratta s-setturi u s-servizzi kollha koperti mid-Direttiva jew diversi awtoritajiet, pereżempju
skont t-tip ta’ settur.
Meta jkunu qed jiddeċiedu dwar l-approċċ, l-Istati Membri jistgħu jibbażaw fuq l-esperjenza
mill-approċċi nazzjonali użati fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-protezzjoni talinfrastruttura kritika (is-CIIP). Kif inhu deskritt fit-Tabella 1, fil-każ tas-CIIP, l-Istati Membri
ddeċidew li jadottaw approċċ ċentralizzat jew approċċ deċentralizzat biex jassenjaw ilkompetenzi fil-livell nazzjonali. Hawnhekk qed jintużaw xi eżempji nazzjonali għal finijiet
illustrattivi biss u biex l-Istati Membri jkunu konxji mill-oqfsa organizzazzjonali eżistenti
Għaldaqstant il-Kummissjoni mhix timplika li l-mudell użat mill-pajjiżi rispettivi għas-CIIP
għandu bilfors jintuża għall-finijiet tat-traspożizzjoni tad-Direttiva NIS.
L-Istati Membri jistgħu jagħżlu wkoll diversi arranġamenti ibridi li jinvolvu elementi ta’
approċċi ċentralizzati u deċentralizzati. L-għażliet jistgħu jsiru b’mod allinjat ma’
arranġamenti nazzjonali ta’ governanza li tħaddmu qabel fid-diversi setturi u servizzi koperti
minn din id-Direttiva, jew li jkun għadhom kif ġew determinati mill-awtoritajiet konċernati u
mill-partijiet konċernati rilevanti identifikati bħala operaturi tas-servizzi essenzjali u fornituri
tas-servizzi diġitali. Anki l-eżistenza ta’ kompetenzi speċjalizzati fiċ-ċibersigurtà, ilkunsiderazzjonijiet tar-riżorsi, ir-relazzjonijiet bejn il-partijiet konċernati u l-interessi
nazzjonali (bħal pereżempju l-iżvilupp ekonomiku, is-sigurtà pubblika u l-bqija) jistgħu jkunu
fatturi importanti li jwasslu għall-għażliet tal-Istati Membri.
11
Select target paragraph3
Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents