3.2. Il-pubbliċità u aspetti rilevanti oħrajn Skont l-Artikolu 8(7), l-Istati Membri jenħtieġ jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar in-nomina tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-kompiti tagħhom. Dan għandu jsir sal-iskadenza tattraspożizzjoni. L-Artikoli 15 u 17 tad-Direttiva NIS jeżiġu li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat u l-mezzi speċifiċi biex iwettqu l-kompiti stabbiliti f’dawk lArtikoli. Minbarra dan, in-nomina ta’ entitajiet speċifiċi bħala awtoritajiet nazzjonali kompetenti jeħtieġ isir pubblika. Id-Direttiva ma tispeċifikax kif din il-pubbliċità trid issir. Peress li dan ir-rekwiżit għandu l-għan li jilħaq livell għoli ta’ sensibilizzazzjoni fost l-atturi koperti bl-NIS u l-pubbliku ġenerali, u minħabba l-esperjenzi miksuba f’setturi oħrajn (bħattelekomunikazzjoni, is-servizzi bankarji, u l-mediċini), il-Kummissjoni jidhrilha li dan jsir, pereżempju, b’portal promoss kif xieraq. L-Artikolu 8(5) tad-Direttiva NIS jeżiġi li dawn l-awtoritajiet ikollhom ir-riżorsi adegwati biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom mid-Direttiva. 12

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents