It-Tabella 1: Approċċi nazzjonali għall-protezzjoni tal-infrastruttura kritika (is-CIIP) Fl-2016, l-ENISA ppubblikat studju12 dwar l-approċċi differenti li jħaddmu l-Istati Membri biex jipproteġu l-infrastrutturi kritiċi tagħhom tal-informazzjoni. Hemm żewġ profili deskritti dwar il-governanza tas-CIIP fl-Istati Membri li jistgħu jintużaw fil-kuntest tat-traspożizzjoni tad-Direttiva NIS. Il-Profil 1: Approċċ deċentralizzat – bosta awtoritajiet settorjali huma kompetenti fissetturi u s-servizzi speċifiċi li jissemmew fl-Anness II u III tad-Direttiva L-approċċ deċentralizzat hu kkaratterizzat minn: (i) Il-prinċipju tas-sussidjarjetà (ii) Koperazzjoni b’saħħitha bejn l-aġenziji pubbliċi (iii)Leġiżlazzjoni speċifika għas-setturi Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Flok jistabbilixxi jew jinnomina aġenzija waħda b’responsabbiltà ġenerali, l-approċċ deċentralizzat jimxi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. B’hekk ir-responsabilità għallimplimentazzjoni tkun f’idejn awtorità settorjali li tkun tifhem aħjar is-settur lokali u li diġà jkollha relazzjoni mal-partijiet konċernati. Skont dan il-prinċipju, id-deċiżjonijiet jeħduhom dawk li jkunu l-eqreb ta’ dawk li qed jintlaqtu. Koperazzjoni b’saħħitha bejn l-aġenziji pubbliċi Fis-CIIP hemm involuti varjetà ta’ aġenziji pubbliċi u għalhekk ħafna Stati Membri żviluppaw skemi ta’ koperazzjoni biex jikkoordinaw il-ħidma u l-isforzi tal-awtoritajiet differenti. Dawn liskemi ta’ koperazzjoni jistgħu jieħdu l-għamla ta’ netwerks informali jew ta’ fora jew arranġamenti aktar istituzzjonalizzati. Madankollu, dawn l-iskemi ta’ koperazzjoni jaqdu biss lgħan tal-iskambju ta’ informazzjoni u l-koordinazzjoni bejn id-diversi aġenziji pubbliċi, u ma teżisti l-ebda awtorità fuqhom. Leġiżlazzjoni speċifika għas-setturi Il-pajjiżi li jħaddmu approċċ deċentralizzat għas-setturi kritiċi ħafna drabi joqogħdu lura milli jilleġiżlaw għall-fini tas-CIIP. Minflok l-adozzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tibqa’ speċifika għas-setturi u għalhekk tista’ tvarja ħafna bejn is-setturi. Dan l-approċċ għandu l-vantaġġ li jallinja l-miżuri relatati mal-NIS mar-regolamenti settorjali eżistenti biex titjieb l-aċċettazzjoni mis-settur u tiżdied l-effikaċja tal-infurzar mill-awtorità konċernata. 12 ENISA, Stocktaking, Analysis and Recommendations on the protection of CIIs (2016). Dan id-dokument jinsab fuq https://www.enisa.europa.eu/publications/stocktaking-analysis-and-recommendations-on-theprotection-of-ciis 13

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents