B’approċċ deċentralizzat purista hemm riskju sostantiv li tonqos il-konsistenza fl-applikazzjoni
tad-Direttiva fost il-bosta setturi u servizzi. F’dan il-każ, id-Direttiva tipprovdi għal punt uniku
nazzjonali ta’ kuntatt għal kollegament fejn jidħlu l-kwistjonijiet transfruntieri; u dan il-korp
jista’ jingħata l-kompitu mill-Istat Membru konċernat biex jikkoordina internament u jikkopera
bejn id-diversi awtoritajiet nazzjonali kompetenti, skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva.
Il-Grafika 2 – approċċ deċentralizzat
Aġenzija
Pubblika
Arranġament
ta’
Koordinazzjoni
Settur
Aġenzija
Pubblika
Settur
Xi eżempji ta’ approċċi deċentralizzati
L-Iżvezja hi eżempju tajjeb ta’ pajjiż li jħaddem approċċ deċentralizzat għas-CIIP. Dan il-pajjiż
juża l-hekk imsejħa “perspettiva ta’ sistema”, jiġifieri li l-kompiti ewlenin tas-CIIP, bħallidentifikazzjoni tas-servizzi vitali u l-infrastrutturi kritiċi, il-koordinazzjoni u l-appoġġ taloperaturi, il-kompiti regolatorji, u l-miżuri ta’ tħejjija għal emerġenzi, huma f’idejn aġenziji u
muniċipalitajiet differenti. Fost dawn l-aġenziji huma l-Aġenzija Żvediża ta’ Kontinġenzi Ċivili
(MSB), l-Aġenzija Żvediża tal-Posta u tat-Telekomunikazzjoni (PTS), u d-diversi aġenziji
Żvediżi tad-difiża, tal-militar u tal-infurzar tal-liġijiet.
Biex jikkoordina l-azzjonijiet bejn id-diversi aġenziji u entitajiet pubbliċi, il-gvern Żvediż
żviluppa netwerk koperattiv magħmul minn awtoritajiet “b’responsabbiltajiet speċifiċi ta’
sigurtà tal-informazzjoni soċjetali”. Dan il-Grupp ta’ Koperazzjoni għas-Sigurtà talInformazzjoni (is-SAMFI) jinkludi rappreżentanti tal-awtoritajiet differenti u jiltaqa’ diversi
drabi matul is-sena biex jiddiskuti kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-informazzjoni
nazzjonali. It-temi tas-SAMFI huma l-aktar f’oqsma politiko-strateġiċi u jkopru suġġetti bħal
kwistjonijiet tekniċi u l-istandardizzazzjoni, l-iżvilupp nazzjonali u internazzjonali fil-qasam
tas-sigurtà tal-informazzjoni, jew il-ġestjoni u l-prevenzjoni tal-inċidenti tal-IT. (L-Aġenzija
Żvediża ta’ Kontinġenzi Ċivili (MSB) 2015).
L-Iżvezja għadha ma ppubblikatx liġi ewlenija għas-CIIP li tapplika għall-operaturi talinfrastruttura kritika tal-informazzjoni (CII) fis-setturi kollha. Minflok, il-leġiżlazzjoni blobbligi għall-kumpaniji f’setturi speċifiċi hija f’idejn l-awtoritajiet pubbliċi rispettivi. Ngħidu
aħna l-Aġenzija Żvediża ta’ Kontinġenzi Ċivili għandha d-dritt toħroġ regolamenti għallawtoritajiet governattivi fil-qasam tas-sigurtà tal-informazzjoni, filwaqt li l-Aġenzija Żvediża
14
Select target paragraph3
Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents