Il-Grafika 3 – approċċ ċentralizzat Aġenzija Pubblika Settur Settur Settur Xi eżempji ta’ approċċi ċentralizzati Franza hi eżempju tajjeb ta’ Stat Membru tal-UE li jħaddem approċċ ċentralizzat. Fl-2011, laġenzija Franċiża msejħa Agence Nationale de la Sécurité des Systèmes d'Information (ANSSI) ġiet dikjarata bħala l-awtorità nazzjonali ewlenija għad-difiża tas-sistemi tal-informazzjoni. ANSSI taqdi rwol superviżorju b’saħħtu fost l-“operaturi ta’ importanza vitali” (l-OIVs): laġenzija tista’ tordna lill-OIVs biex jikkonformaw mal-miżuri tas-sigurtà u għandha l-awtorità biex twettaq verifiki tas-sigurtà fihom. Minbarra dan, din l-aġenzija hi l-punt uniku ta’ kuntatt ewlieni għall-OIVs u dawn obbligati jirrappurtawlha kull inċident tas-sigurtà. F’każijiet ta’ inċidenti tas-sigurtà, l-ANSSI taġixxi bħala aġenzija ta’ kontinġenza għas-CIIP u tiddeċiedi dwar miżuri li jridu jieħdu l-operaturi biex jirrispondu għall-kriżi. L-azzjonijiet talgvern jiġu kkoordinati fiċ-ċentru ta’ operazzjonijiet tal-ANSSI. Id-detezzjoni tat-theddid u rrispons għall-inċidenti f’livell operazzjonali huma f’idejn is-CERT-FR li hi parti mill-ANSSI. Franza stabbiliet qafas legali komprensiv għas-CIIP. Fl-2006, il-Prim Ministru ordna li tinħoloq lista ta’ setturi ta’ infrastruttura kritika. Skont din il-lista bi tnax-il settur vitali, il-gvern iddefinixxa madwar 250 operatur ta’ importanza vitali (OIV). Fl-2013 ġiet ippromulgata l-Liġi dwar il-Programmazzjoni Militari (LPM)13. Din tistabbilixxi obbligi differenti għall-operaturi ta’ importanza vitali, fosthom ir-rappurtar tal-inċidenti jew l-implimentazzjoni ta’ miżuri tassigurtà. Dawn ir-rekwiżiti huma obbligatorji għal kull operatur ta’ importanza vitali fis-setturi kollha (is-Senat Franċiż fl-2013). 13 La loi de programmation militaire 16

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents