3.3. Id-Direttiva NIS, l-Artikolu 9: l-Iskwadri tar-Rispons għal Inċidenti relatati masSigurtà tal-Kompjuters (is-CSIRTs) Skont l-Artikolu 9, l-Istati Membri jeħtieġ jinnominaw CSIRT waħda jew diversi li jkunu fdati bil-kompitu tal-ġestjoni tar-riskji u tal-inċidenti għas-setturi mniżżla fl-Anness II tadDirettiva NIS u għas-servizzi mniżżla fl-Anness III tagħha. Filwaqt li jqisu r-rekwiżit talarmonizzazzjoni minima minqux fl-Artikolu 3 tad-Direttiva, l-Istati Membri huma liberi biex jużaw is-CSIRTs ukoll għal setturi oħrajn li ma tkoprix id-Direttiva, bħal pereżempju lamministrazzjoni pubblika. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jistabbilixxu CSIRT fi ħdan l-awtorità nazzjonali kompetenti14. 3.4. Il-kompiti u r-rekwiżiti Fost il-kompiti tas-CSIRTs nominati kif inhu stabbilit fl-Anness I tad-Direttiva NIS hemm:  Il-monitoraġġ tal-inċidenti fil-livell nazzjonali;  L-għoti ta’ twissija bikrija, allerti, avviżi u t-tixrid ta’ informazzjoni dwar ir-riskji u linċidenti lill-partijiet konċernati rilevanti;  Ir-rispons għall-inċidenti;  It-twettiq ta’ analiżi dinamika tar-riskji u tal-inċidenti u għarfien tas-sitwazzjoni; u  Il-parteċipazzjoni fin-netwerk tas-CSIRTs nazzjonali (in-netwerk tas-CSIRTs) stabbilit skont l-Artikolu 12. L-Artikoli 14(3), 14(5), 14(6), 16(3), 16(6) u 16(7) jistabbilixxu ċertu kompiti addizzjonali speċifiċi b’rabta man-notifiki tal-inċidenti meta xi Stat Membru jiddeċiedi li dawn ir-rwoli tista’ taqdihom dik is-CSIRT flimkien ma’ awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew minflokhom. Fit-traspożizzjoni tad-Direttiva, l-Istati Membri għandu ċertu għażliet dwar ir-rwol tasCSIRTs b’rabta mar-rekwiżiti tan-notifika tal-inċidenti. Ir-rappurtar obbligatorju jista’ jsir direttament lis-CSIRTs bil-vantaġġ ta’ effiċjenza amministrattiva, inkella l-Istati Membri jista’ jagħżel li jirrapporta direttament lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u s-CSIRTs ikollhom dritt għal aċċess għall-informazzjoni rrappurtata. Fl-aħħar mill-aħħar, is-CSIRTs huma interessati biex isolvu l-problemi, jevitaw, jikxfu, jilqgħu u jtaffu l-impatt tal-inċidenti ċibernetiċi (anki ta’ dawk li mhumiex kritiċi għar-rappurtar obbligatorju) flimkien malpartijiet konċernati tagħhom, bil-konformità regolatorja tkun f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Skont l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva, l-Istati Membri jeħtieġ jiżguraw ukoll li dawn is-CSIRTs ikollhom aċċess għal infrastruttura tal-ICT sigura u reżiljenti. 14 Ara l-aħħar sentenza tal-Artikolu 9(1). 17

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents