L-Istati Membri jeħtieġ jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar in-nomina tal-punt uniku ta’ kuntatt
u dwar il-kompiti tiegħu sal-iskadenza tat-traspożizzjoni. In-nomina tal-punt uniku ta’ kuntatt
trid issir pubblika, bħalma jsir għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Il-Kummissjoni
għandha tippubblika l-lista tal-punti uniċi ta’ kuntatt nominati.
3.7. Il-penali
L-Artikolu 21 jagħti marġini lill-Istati Membri biex jiddeċiedu dwar it-tip u n-natura talpenali applikabbli, diment li dawn ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Fi kliem ieħor,
fil-prinċipju, l-Istati Membri huma liberi li jiddeċiedu dwar l-ammont massimu tal-penali
stabbilit fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom iżda l-ammont jew il-persentaġġ magħżul
jenħtieġ iħalli lok għall-awtoritajiet nazzjonali biex f’kull każ konkret, jimponu penali
effettivi, proporzjonati u dissważivi, filwaqt li jqisu fatturi differenti bħall-gravità u lfrekwenza tal-ksur.
4. L-entitajiet b’obbligi relatati mar-rekwiżiti tas-sigurtà u n-notifika tal-inċidenti
L-entitajiet li jaqdu rwol importanti għas-soċjetà u l-ekonomija msemmija fl-Artikoli 4(4) u
4(5) tad-Direttiva bħala operaturi tas-servizzi essenzjali (OES) u fornituri tas-servizz diġitali
(DSPs) jeħtiġilhom jieħdu miżuri xierqa tas-sigurtà u jinnotifikaw l-inċidenti serji lillawtoritajiet nazzjonali rilevanti. Ir-raġuni hi li l-impatti tal-inċidenti tas-sigurtà f’dawn isservizzi jistgħu jkunu theddida kbira għall-operazzjoni ta’ dawn is-servizzi li tista’ tikkawża
tħarbit kbir fl-attivitajiet ekonomiċi u għas-soċjetà inġenerali, u potenzjalment iddgħajjef ilfiduċja tal-utenti u tagħmel ħsara kbira lill-ekonomija tal-Unjoni24.
Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn l-entitajiet inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni talAnnessi II u III tad-Direttiva NIS u telenka l-obbligi tagħhom. L-identifikazzjoni tal-operaturi
tas-servizzi essenzjali hi koperta b’mod estensiv, minħabba l-importanza ta’ dan il-proċess
għall-implimentazzjoni armonizzata tad-Direttiva NIS madwar l-UE. Din tipprovdi wkoll
spjegazzjonijiet estensivi għad-definizzjonijiet ta’ infrastrutturi diġitali u fornituri tas-servizzi
diġitali. Din teżamina wkoll l-inklużjoni possibbli ta’ setturi addizzjonali u tissokta tispjega lapproċċ speċifiku fir-rigward tal-fornituri tas-servizz diġitali.
4.1. L-operaturi tas-servizzi essenzjali (l-OES)
Id-Direttiva NIS ma tiddefinix b’mod espliċitu liema entitajiet partikolari se jitqiesu bħala
operatur tas-servizzi essenzjali fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Minflok, din tipprovdi lkriterji li l-Istati Membri se jkun jeħtiġilhom japplikaw għall-proċess tal-identifikazzjoni, li flaħħar mill-aħħar se jiddetermina liema kumpaniji individwali li jappartjenu għat-tipi ta’
entitajiet elenkati fl-Anness II se jitqiesu bħala operaturi tas-servizzi essenzjali, u għalhekk
ikunu soġġetti għall-obbligi tad-Direttiva.
24
Ara l-premessa 2.
20
Select target paragraph3
Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents