4.1.1. It-tip ta’ entitajiet elenkati fl-Anness II tad-Direttiva NIS
L-Artikolu 4(4) jiddefinixxi l-operaturi tas-servizzi essenzjali bħala entitajiet pubbliċi jew
privati tat-tipi elenkati fl-Anness II tad-Direttiva li jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti talArtikolu 5(2). Fl-Anness II, is-setturi, is-sottosetturi u t-tip ta’ entitajiet huma elenkati skont
liema Stat Membru jeħtieġ iwettaq il-proċess tal-identifikazzjoni skont l-Artikolu 5(2)25. Fost
is-setturi hemm dawk tal-enerġija, tat-trasport, tal-infrastrutturi tas-swieq finanzjarji, tassaħħa, tal-ilma u tal-infrastruttura diġitali.
Għall-biċċa l-kbira tal-entitajiet li jappartjenu għas-“setturi tradizzjonali”, il-leġiżlazzjoni talUE fiha definizzjonijiet żviluppati sew, li l-Anness II jagħmel referenza għalihom. Iżda dan
ma jgħoddx għas-settur tal-infrastruttura diġitali, elenkat fil-punt 7 tal-Anness II, li jinkludi lPunti ta’ Skambju fuq l-Internet, is-Sistemi ta’ Ismijiet tad-Dominji, u r-reġistri ta’ ismijiet
tad-dominji tal-ogħla livell. Sabiex id-definizzjonijiet jiġu ċċarati, dawn l-ispjegazzjonijiet li
ġejjin ifissru fid-dettall id-definizzjonijiet meħtieġa.
1) Punt ta’ Skambju fuq l-Internet (IXP)
It-terminu “Punt ta’ Skambju fuq l-Internet” hu ddefinit fl-Artikolu 4(13), iċċarat fid-dettall
fil-premessa 18, u jista’ jiġi deskritt bħala faċilità ta’ netwerk li permezz tagħha jkunu jistgħu
jiġu interkonnessi aktar minn żewġ sistemi awtonomi teknikament indipendenti, bil-għan
ewlieni li jeħfief l-iskambju tat-traffiku tal-internet. Il-Punt ta’ Skambju fuq l-Internet jista’
jiġi deskritt ukoll bħala post fiżiku fejn għadd ta’ networks jistgħu jagħmlu skambju tattraffiku tal-internet bejniethom permezz ta’ swiċċ. L-għan primarju ta’ IXP hu li n-netwerks
ikunu jistgħu jiġu interkonnessi direttament, permezz tal-iskambju, aktar milli permezz ta’
netwerk wieħed jew aktar ta’ xi partijiet terzi. Normalment, il-fornitur tal-IXP ma jkunx
responsabbli għar-ridirezzjonar tat-traffiku tal-internet. Id-direzzjonar tat-traffiku jieħdu
ħsiebu l-fornituri tan-netwerk. Il-vantaġġi tal-interkonnessjoni diretta huma bosta, iżda rraġunijiet ewlenin huma l-ispiża, il-latenza u l-banda tal-frekwenzi. Normalment, it-traffiku li
jgħaddi minn punt ta’ skambju ma jikkawża spiża lil ħadd, filwaqt li t-traffiku lejn fornitur
tas-servizz tal-internet (ISP) upstream joħloq spiża. L-interkonnessjoni diretta, li ħafna drabi
tkun tinsab fl-istess belt taż-żewġ netwerks, tevita l-bżonn li d-dejta tivvjaġġa distanzi twal
bejn netwerk għal ieħor, u b’hekk tonqos il-latenza.
Għandu jiġi nnutat li d-definizzjoni ta’ IXP ma tkoprix il-punti fiżiċi fejn issir
interkonnessjoni ta’ żewġ netwerks fiżiċi biss (jiġifieri l-fornituri tan-netwerks bħal BASE u
PROXIMUS). Għaldaqstant, waqt it-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri jridu
jiddistingwu bejn l-operaturi li qed jiffaċilitaw l-iskambju ta’ traffiku aggregat tal-internet
bejn diversi operaturi tan-netwerks u dawk li huma operaturi ta’ netwerk uniku, li jagħmlu
interkonnessjoni fiżika tan-netwerks tagħhom skont ftehim ta’ interkonnessjoni. F’dan l-aħħar
każ, il-fornituri tan-netwerk mhumiex koperti bid-definizzjoni tal-Artikolu 4(13). Kjarifika
dwar din il-kwistjoni tista’ tinstab fil-premessa 18 li tiddikjara li l-IXP la jipprovdi aċċess
25
Aktar informazzjoni dwar il-proċess tal-identifikazzjoni tinsab fit-Taqsima 4.1.6. hawn taħt.
21
Select target paragraph3
Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents