għan-netwerk u lanqas jaġixxi bħala fornitur jew trasportatur ta’ tranżitu. L-aħħar kategorija
ta’ fornituri huma l-impriżi li jipprovdu netwerks u/jew servizzi pubbliċi tal-komunikazzjoni
li huma soġġetti għall-obbligi tas-sigurtà u tan-notifika tal-Artikolu 13a u 13b tad-Direttiva
2002/21/KE u għalhekk esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva NIS26.
2) Sistema ta’ Ismijiet tad-Dominji (DNS)
It-terminu “Sistema ta’ Ismijiet tad-Dominji” hu ddefinit fl-Artikolu 4(14) bħala “sistema ta’
għoti ta’ isem distribwita ġerarkikament f’netwerk li jipproċessa domandi għal isem ta’
dominju”. B’mod aktar preċiż, is-Sistema ta’ Ismijiet tad-Dominji tista’ tiġi deskritta bħala
sistema ta’ għoti ta’ ismijiet distribwiti ġerarkikament għall-kompjuters, is-servizzi jew xi
riżorsa oħra konnessi mal-internet li tippermetti l-kodifikazzjoni tal-ismijiet tad-dominji
f’indirizzi tal-IP (il-protokoll tal-internet). Ir-rwol ewlieni tas-sistema hu li ssarraf l-ismijiet
tad-dominji assenjati f’indirizzi tal-IP. Għal dan il-għan, Sistema ta’ Ismijiet tad-Dominji
tħaddem bażi tad-dejta u tuża servers bl-ismijiet u riżolvatur u biex tkun tista’ ssarraf dawn lismijiet tad-dominji f’indirizzi tal-IP operazzjonali. Għalkemm il-kodifikazzjoni tal-ismijiet
tad-dominji mhix l-unika responsabbiltà tas-Sistema ta’ Ismijiet tad-Dominji, din hi kompitu
ċentrali tas-sistema. Id-definizzjoni legali fl-Artikolu 4(14) tiffoka fuq ir-rwol ewlieni tassistema mill-perspettiva tal-utent mingħajr ma tidħol f’dettalji aktar tekniċi, bħal pereżempju
l-operazzjoni tal-ispazju tal-isem tad-dominju, is-servers tal-ismijiet, ir-riżolvaturi, eċċ. Flaħħar nett, l-Artikolu 4(15) jikkjarifika min għandu jitqies bħala fornitur tas-servizzi tasSistema ta’ Ismijiet tad-Dominji.
3) Reġistru tal-ismijiet tad-dominji tal-ogħla livell (reġistru tal-ismijiet TLD)
Ir-reġistru tal-ismijiet tad-dominji tal-ogħla livell hu ddefinit fl-Artikolu 4(16) bħala entità li
tamministra u topera r-reġistrazzjoni ta’ ismijiet tad-dominji tal-internet skont dominju
speċifiku tal-ogħla livell. Dawn l-amministrazzjoni u l-ġestjoni tal-ismijiet tad-dominji
jinkludu l-kodifikazzjoni tal-ismijiet TLD f’indirizzi tal-IP.
L-Awtorità għan-Numri Assenjati tal-Internet (il-IANA) hi responsabbli għall-koordinazzjoni
globali mad-DNS Root, mal-indirizzi tal-IP u ma’ riżorsi oħrajn tal-IP. B’mod partikolari, ilIANA hi responsabbli li tassenja d-dominji ġeneriċi tal-ogħla livell (il-gTLDs), bħalma hu d.com, u d-dominji tal-ogħla livell bil-kodiċijiet tal-pajjiżi (is-ccTLDs), bħalma hu d-.mt, lilloperaturi (ir-reġistri), u hi responsabbli wkoll li żżomm id-dettalji tekniċi u amministrattivi
dwarhom. Il-IANA żżomm reġistru globali bit-TLDs allokati u taqdi rwol fil-promulgazzjoni
ta’ din il-lista lill-utenti tal-internet madwar id-dinja kif ukoll fl-introduzzjoni ta’ TLDs
ġodda.
Biċċa xogħol importanti tar-reġistri hi li jallokaw ismijiet tat-tieni livell lill-hekk imsejħa
reġistranti skont id-dominju tal-ogħla livell rispettiv tagħhom. Dawn ir-reġistranti jista’ minn
26
Ara t-Taqsima 5.2. għal aktar dettalji dwar ir-relazzjoni bejn id-Direttiva NIS u d-Direttiva 2002/21/KE.
22
Select target paragraph3
Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents