jeddhom jallokaw ismijiet tad-dominji tat-tielet livell. Is-ccTLDs huma deżinjati biex
jirrappreżentaw lill-pajjiż jew lit-territorju skont l-istandard ISO 3166-1. Normalment, itTLDs “ġeneriċi” ma jkollhomx deżinjazzjoni ġeografika jew ta’ xi pajjiż.
Jenħtieġ jiġi nnutat li l-operazzjoni tar-reġistru bl-ismijiet tat-TLDs tista’ tinkludi l-għoti ta’
DNS. Pereżempju, skont ir-regoli ta’ delega tal-IANA, l-entità ddeżinjata biex tittratta sccTLDs — fost l-oħrajn — jeħtieġ tissorvelja l-ismijiet tad-dominji u tħaddem id-DNS ta’ dak
il-pajjiż27. Meta jkunu qed iwettqu l-proċess tal-identifikazzjoni tal-operaturi tas-servizzi
essenzjali skont l-Artikolu 5(2), l-Istati Membri jeħtieġ iqisu dawn iċ-ċirkostanzi.
4.1.2. L-identifikazzjoni tal-operaturi tas-servizzi essenzjali
Skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5 tad-Direttiva, kull Stat Membru jeħtieġ iwettaq proċess talidentifikazzjoni fir-rigward tal-entitajiet kollha tat-tipi elenkati fl-Anness II li għandhom
stabbiliment legali fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru. Minħabba din il-valutazzjoni, kull
entità li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(2) għandha tiġi identifikata bħala operatur
tas-servizzi essenzjali u tkun soġġetta għall-obbligi tas-sigurtà u tan-notifika tal-Artikolu 14.
L-Istati Membri għandhom sad-9 ta’ Novembru 2018 biex jidentifikaw l-operaturi ta’ kull
settur u sottosettur. Biex iwieżen lill-Istati Membri matul dan il-proċess kollu, il-Grupp ta’
Kooerazzjoni bħalissa qed jiżviluppa dokument gwida b’informazzjoni rilevanti dwar il-passi
meħtieġa u bl-aqwa prattiki relatati mal-identifikazzjoni tal-operaturi tas-servizzi essenzjali.
Minbarra dan, skont l-Artikolu 24(2), il-Grupp ta’ Koperazzjoni jrid jiddiskuti l-proċess, issustanza u t-tip ta’ miżuri nazzjonali li jippermettu l-identifikazzjoni tal-operaturi tas-servizzi
essenzjali f’setturi speċifiċi. Qabel id-9 ta’ Novembru 2018, l-Istati Membri jistgħu jiddiskutu
l-abbozz tagħhom tal-miżuri nazzjonali li jippermettu l-identifikazzjoni tal-operaturi tasservizzi essenzjali, mal-Grupp ta’ Koperazzjoni.
4.1.3. L-inklużjoni ta’ setturi addizzjonali
Filwaqt li jqisu r-rekwiżit tal-armonizzazzjoni minima minqux fl-Artikolu 3, l-Istati Membri
jistgħu jadottaw jew iżommu leġiżlazzjoni li tiżgura livell ogħla ta’ sigurtà tan-netwerks u tassistemi tal-informazzjoni. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri huma liberi b’mod ġenerali li
jwessgħu l-obbligi tas-sigurtà u tan-notifika skont l-Artikolu 14 lil entitajiet li jappartjenu għal
setturi u sottosetturi oħrajn minbarra dawk elenkati fl-Anness II tad-Direttiva NIS. Diversi
Stati Membri ddeċidew jew qed jgħarblu biex jinkludu wħud minn dawn is-setturi
addizzjonali li ġejjin:
i)
L-amministrazzjoni pubblika
L-amministrazzjonijiet pubbliċi jistgħu joffru servizzi essenzjali fl-Anness II tad-Direttiva li
jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5(2). F’dawn il-każijiet, l-amministrazzjonijiet pubbliċi li
27
Din l-informazzjoni tinsab fuq https://www.icann.org/resources/pages/delegation-2012-02-25-en
23
Select target paragraph3
Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents