qed joffru dawn is-servizzi jkunu koperti bir-rekwiżiti rilevanti tas-sigurtà u bl-obbligi tannotifika. Min-naħa l-oħra, meta l-amministrazzjonijiet pubbliċi joffru servizzi li ma jkunux fil-kamp ta’ applikazzjoni msemmi hawn fuq, dawn is-servizzi ma jkunux koperti bl-obbligi rilevanti. L-amministrazzjonijiet pubbliċi huma responsabbli biex iwasslu kif xieraq is-servizzi pubbliċi li jagħtu l-korpi governattivi, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-aġenziji u l-intrapriżi assoċjati. Ħafna drabi, dawn is-servizzi jimplikaw il-ħolqien u l-ġestjoni ta’ dejta personali u korporattiva dwar individwi jew organizzazzjonijiet, li tista’ tkun kondiviża u ssir disponibbli għal diversi entitajiet pubbliċi. B’mod aktar wiesa’, is-sigurtà ta’ livell għoli tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni li jużaw l-amministrazzjonijiet pubbliċi għandha interess importanti għas-soċjetà u l-ekonomija kollha kemm hi. Għaldaqstant, il-Kummissjoni jidhrilha li jkun raġonevoli li l-Istati Membri jikkunsidraw l-inklużjoni tal-amministrazzjoni pubblika fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva, lil hinn mill-provvista tas-servizzi essenzjali kif stabbilit skont l-Anness II u l-Artikolu 5(2). ii) Is-settur postali Is-settur postali jinkludi l-forniment tas-servizzi postali, bħalma huma l-ġbir, l-issortjar, ittrasport u t-tqassim tal-oġġetti postali. iii) Is-settur tal-ikel Is-settur tal-ikel jikkonċerna l-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli u prodotti alimentari oħrajn u jista’ jinkludi servizzi essenzjali, bħall-għoti ta’ sigurtà alimentari u assigurazzjoni talkwalità u s-sikurezza tal-ikel. iv) L-industrija kimika u nukleari L-industrija kimika u nukleari tikkonċerna b’mod partikolari l-ħażna, il-produzzjoni u lipproċessar ta’ prodotti kimiċi u petrokimiċi jew materjali nukleari. v) Is-settur ambjentali L-attivitajiet ambjentali jinkludu l-provvista ta’ oġġetti u servizzi meħtieġa biex iħarsu lambjent u jimmaniġġaw ir-riżorsi. Għalhekk, l-attivitajiet huma mmirati lejn il-prevenzjoni, it-tnaqqis u t-tneħħija tat-tniġġis u l-preżervazzjoni tar-riżorsi naturali disponibbli. F’dan issettur, is-servizzi essenzjali jistgħu jkunu l-monitoraġġ u l-kontroll tat-tniġġis (eż. tal-arja u tal-ilma) u ta’ fenomeni meteoroloġiċi. vi) Il-protezzjoni ċivili Is-settur tal-protezzjoni ċivili għandu l-għan tal-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għaddiżastri naturali u dawk li jikkawża l-bniedem. Is-servizzi mogħtija għal dan l-iskop jistgħu jkunu l-attivazzjoni ta’ numri ta’ emerġenza u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet li jinfurmaw dwar emerġenzi, li jinkludu emerġenzi u li jwieġbu għal emerġenzi. 24

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents