4.1.4. Il-ġurisdizzjoni.
Skont l-Artikolu 5(1), kull Stat Membru għandu jidentifika l-operaturi tas-servizzi essenzjali
bi stabbiliment fit-territorju tiegħu. Id-dispożizzjoni ma tispeċifikax aktar it-tip ta’
stabbiliment legali iżda l-premessa 21 tiċċara li dan l-istabbiliment jimplika l-eżerċizzju
effettiv u reali tal-attività b’arranġamenti stabbli; filwaqt li l-forma legali ta’ dawk larranġamenti ma jenħtieġx tkun fattur determinanti. Dan ifisser li Stat Membru jista’ jkollu
ġurisdizzjoni fuq operatur tas-servizzi essenzjali mhux biss meta l-operatur ikollu l-uffiċċju
ewlieni tiegħu rreġistrat fit-territorju tiegħu iżda anki meta l-operatur ikollu, pereżempju,
fergħa jew tip ieħor ta’ stabbiliment legali.
Minħabba f’hekk, diversi Stati Membri jista’ jkollhom ġurisdizzjoni fuq l-istess entità b’mod
paralleli.
4.1.5. L-informazzjoni li trid tintbagħat lill-Kummissjoni
Għall-finijiet tar-rieżami li l-Kummissjoni jeħtieġ twettaq skont l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva
NIS, l-Istati Membri jeħtieġ jippreżentaw din l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni sad-9
ta’ Novembru 2018 u mbagħad kull sentejn:
Il-miżuri nazzjonali għall-identifikazzjoni tal-operaturi tas-servizzi essenzjali;
Lista tas-servizzi essenzjali
L-għadd ta’ operaturi tas-servizzi essenzjali identifikati għal kull settur imsemmi flAnness II u r-rilevanza ta’ dawk l-operaturi għas-settur; u
Il-limiti, jekk jeżistu, li ntużaw biex jinstab il-livell ta’ provvista b’referenza għallgħadd ta’ utenti li jiddependu minn dak is-servizz kif imsemmi fl-Artikolu 6(1)(a) jew
l-importanza tal-entità skont l-Artikolu 6(1)(f).
Ir-rieżami previst fl-Artikolu 23(1), li jippreċedi r-rieżami komprensiv tad-Direttiva jixhed limportanza li l-koleġiżlaturi jagħtu lit-traspożizzjoni korretta tad-Direttiva fejn tidħol lidentifikazzjoni tal-operaturi tas-servizzi essenzjali ħalli tkun evitata l-frammentazzjoni tassuq.
Sabiex dan il-proċess isir bl-aħjar mod possibbli, il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri
biex jiddiskutu dan is-suġġett, u jaqsmu l-esperjenzi rilevanti fil-Grupp ta’ Koperazzjoni.
Minbarra dan, il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jaqsmu mal-Kummissjoni —
jekk ikun meħtieġ, b’mod kunfidenzjali — il-listi tal-operaturi tas-servizzi essenzjali
identifikati (li fl-aħħar ikunu ntgħażlu), kif ukoll kull informazzjoni li d-Direttiva teżiġi li lIstati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni. Id-disponibbiltà ta’ dawn il-listi għandha tiffaċilita
u twassal għal kwalità aħjar tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-konsistenza tal-proċess talidentifikazzjoni u tippermetti li jitqabblu l-approċċi bejn l-Istati Membri, ħalli jkunu jistgħu
jintlaħqu aħjar l-għanijiet tad-Direttiva.
25
Select target paragraph3
Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents