4.1.6. Kif irid isir il-proċess tal-identifikazzjoni? Bħalma turi l-Grafika 4, hemm sitt kwistjonijiet ewlenin li awtorità nazzjonali jenħtieġ teżamina waqt il-proċess tal-identifikazzjoni dwar entità partikolari. F’dan il-paragrafu li ġej, kull kwistjoni tikkorrispondi għal pass li jrid jsir skont l-Artikolu 5 flimkien mal-Artikolu 6, filwaqt li titqies ukoll l-applikabbiltà tal-Artikolu 1(7). Il-Pass 1 – L-entità tappartjeni għal xi settur/sottosettur u tikkorrispondi mat-tip kopert mill-Anness II tad-Direttiva? Awtorità nazzjonali jenħtieġ tivvaluta jekk entità stabbilita fit-territorju tagħha tappartjenix għas-setturi u s-sottosetturi elenkati fl-Anness II tad-Direttiva. L-Anness II ikopri diversi setturi ekonomiċi li jitqiesu bħala strumentali biex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. B’mod partikolari, l-Anness II jirreferi għal dawn is-setturi u s-sottosetturi li ġejjin:  L-enerġija: l-elettriku, iż-żejt u l-gass;  It-trasport: bl-ajru, bil-ferrovija, bl-ilma u bit-triq;  Is-settur bankarju: l-istituzzjonijiet ta’ kreditu;  L-infrastrutturi tas-swieq finanzjarji: iċ-ċentri tan-negozjar, il-kontropartijiet ċentrali;  Is-saħħa: il-fornituri tal-kura tas-saħħa (inkluż l-isptarijiet u l-kliniċi privati);  L-ilma: il-provvista u d-distribuzzjoni tal-ilma tax-xorb;  L-infrastruttura diġitali: il-punti ta’ skambju fuq l-internet, il-fornituri ta’ servizzi tassistema ta’ ismijiet tad-dominji, u r-reġistri tal-ismijiet tad-dominji tal-ogħla livell28. Il-Pass 2 – Tapplika xi lex specialis? Bħala l-pass li jmiss, l-awtorità nazzjonali jeħtieġ tevalwa jekk tapplikax id-dispożizzjoni ta’ lex specialis minquxa fl-Artikolu 1(7). B’mod partikolari, din id-dispożizzjoni tipprevedi li jekk jeżisti xi att legali tal-UE li jimponi rekwiżiti tas-sigurtà u/jew tan-notifika fuq ilfornituri tas-servizzi diġitali jew l-operaturi tas-servizzi essenzjali li mill-anqas ikunu ekwivalenti għar-rekwiżiti korrispondenti skont id-Direttiva NIS, jenħtieġ japplikaw l-obbligi tal-att legali speċjali. Barra minn hekk, il-premessa 9 tikkjarifika li jekk jiġu ssodisfati rrekwiżiti tal-Artikolu 1(7), l-Istati Membri jenħtieġ japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-att talUE speċifiku għas-settur, inkluż dawk relatati mal-ġurisdizzjoni. Min-naħa l-oħra, iddispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva NIS ma jkunux japplikaw. F’dan il-każ, l-awtorità kompetenti ma jenħtiġilhiex tissokta bil-proċess tal-identifikazzjoni skont l-Artikolu 5(2)29. Il-Pass 3 – L-operatur qed jipprovdi “servizz essenzjali” skont it-tifsira tad-Direttiva? 28 29 Dawn l-entitajiet huma spjegati aktar fit-Taqsima 4.1.1. Aktar dettalji dwar l-applikabbiltà ta’ lex specialis jinsabu fit-Taqsima 5.1. 26

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents