Skont l-Artikolu 5(2)(a), l-entità soġġetta għall-identifikazzjoni jeħtieġ tipprovdi servizz li hu
essenzjali għaż-żamma tal-attivitajiet ekonomiċi u/jew tas-soċjetà importanti. Waqt din ilvalutazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ iqisu l-fatt li entità waħda tista’ tipprovdi servizzi
essenzjali u servizzi mhux essenzjali. Dan ifisser li r-rekwiżiti tas-sigurtà u tan-notifika tadDirettiva NIS se japplikaw għal ċertu operatur biss sa fejn dan jipprovdi servizzi essenzjali.
Skont l-Artikolu 5(3), Stat Membru jenħtieġ isawwar lista ta’ kull servizz essenzjali li
jipprovdu l-operaturi tas-servizzi essenzjali fit-territorju tiegħu. Din il-lista jeħtieġ tintbagħat
lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mid-9 ta’ Novembru 2018 u mbagħad kull sentejn wara
dan30.
Il-Pass 4 – Is-servizz jiddependi fuq netwerk u sistema tal-informazzjoni?
Minbarra dan, jenħtieġ jiġi ċċarat jekk dan is-servizz jissodisfax it-tieni kriterju talArtikolu 5(2)(b) u b’mod partikolari jekk il-forniment tas-servizz essenzjali jiddependix fuq
in-netwerks u s-sistemi tal-informazzjoni kif definit fl-Artikolu 4(1).
Il-Pass 5 – Inċident tas-sigurtà jkollu effett ta’ tfixkil sinifikanti?
L-Artikolu 5(2)(c) jeżiġi li l-awtorità nazzjonali għandha tivvaluta jekk inċident għandux
effett ta’ tfixkil sinifikanti fuq il-forniment tas-servizz. F’dan il-kuntest, l-Artikolu 6(1)
jistabbilixxi diversi fatturi transsettorjali li jeħtieġ tqis l-evalwazzjoni. Barra minn hekk, lArtikolu 6(2) jirregola li meta jkun xieraq, il-valutazzjoni jenħtieġ tqis ukoll fatturi speċifiċi
għas-setturi.
Il-fatturi transsettorjali elenkati fl-Artikolu 6(1) huma dawn li ġejjin:
L-għadd ta’ utenti li jiddependu mis-servizzi mogħtija mill-entità konċernata;
Id-dipendenza ta’ setturi oħra msemmija fl-Anness II fuq is-servizz li tagħti dik l-entità;
L-impatt li jistgħu jħallu l-inċidenti, f’dak li għandu x’jaqsam mad-daqs u t-tul taż-żmien,
fuq l-attivitajiet ekonomiċi u tas-soċjetà jew fuq is-sikurezza pubblika;
Is-sehem mis-suq ta’ dik l-entità;
Il-firxa ġeografika fir-rigward taż-żona li tista’ tintlaqat minn inċident;
L-importanza tal-entità biex jinżamm livell ta’ servizz biżżejjed, filwaqt li titqies iddisponibbiltà ta’ mezzi oħra għall-forniment ta’ dak is-servizz.
Rigward il-fatturi speċifiċi għas-setturi, il-premessa 28 tipprovdi xi eżempji (ara t-Tabella
4) li tagħti gwida siewja lill-awtoritajiet nazzjonali.
30
Ara l-Artikolu 5(7)(b).
27
Select target paragraph3
Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents