4.1.7. Il-proċess ta’ konsultazzjoni transfruntiera Meta operatur jipprovdi servizzi essenzjali f’żewġ Stati Membri jew aktar, l-Artikolu 5(4) jeżiġi li dawk l-Istati Membri jikkonsultaw lil xulxin qabel ma jitlesta l-proċess talidentifikazzjoni. Din il-konsultazzjoni għandha l-għan li tiffaċilita l-valutazzjoni dwar innatura kritika tal-operatur mil-lat ta’ impatt transfruntier. Ir-riżultat mixtieq ta’ din il-konsultazzjoni hu li l-awtoritajiet nazzjonali involuti joħorġu b’argumenti u pożizzjonjiet u idealment jaslu għall-istess riżultat dwar l-identifikazzjoni taloperatur konċernat. Madankollu, id-Direttiva NIS ma tipprekludix lill-Istati Membri milli jaslu għal konklużjonijiet diverġenti dwar jekk entità partikolari hix identifikata bħala operatur tas-servizzi essenzjali jew le. Il-premessa 24 issemmi l-possibbiltà li l-Istati Membri jitolbu l-assistenza tal-Grupp ta’ Koperazzjoni f’dan ir-rigward. Skont il-fehma tal-Kummissjoni, l-Istati Membri jenħtieġ jagħmlu l-almu kollu biex jilħqu kunsens dwar dawn il-kwistjonijiet ħalli jevitaw sitwazzjoni fejn l-istess kumpanija tkun qed taffaċċja status legali differenti f’diversi Stati Membri. Jenħieġ li d-diverġenza tkun tassew eċċezzjonali, pereżempju meta entità identifikata bħala operatur tas-servizzi essenzjali fi Stat Membru wieħed ikollha attività marġinali u insinifikanti f’pajjiż ieħor. 4.2. Ir-rekwiziti tas-sigurtà Skont l-Artikolu 14(1), l-Istati Membri jeħtieġ jiżguraw li l-operaturi tas-servizzi essenzjali, wara li jqisu l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, jieħdu miżuri tekniċi u organizzattivi adattati u proporzjonati biex iġestixxu r-riskju għas-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni li l-organizzazzjonijiet jużaw għall-forniment tas-servizzi tagħhom. Skont l-Artikolu 14(2), bil-miżuri xierqa jiġi evitat u minimizzat l-impatt tal-inċident. Bħalissa għaddejja ħidma apposta fil-Grupp ta’ Koperazzjoni fuq linji gwida mhux vinkolanti dwar il-miżuri tas-sigurtà għall-operaturi tas-servizzi essenzjali32. Il-Grupp irid jiffinalizza ddokument gwida sar-raba’ kwart tal-2017. Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri biex isegwu mill-qrib id-dokument gwida li jrid jiżviluppa l-Grupp ta’ Koperazzjoni ħalli ddispożizzjonijiet nazzjonali dwar ir-rekwiżiti tas-sigurtà jkunu allinjati kemm jista’ jkun possibbli. Bl-armonizzazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti jeħfiefu ħafna l-konformità tal-operaturi tas-servizzi essenzjali li ta’ spiss jipprovdu servizzi essenzjali f’aktar minn Stat Membru wieħed u l-kompiti tas-superviżjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u tas-CSIRTs. Għall-fini ta’ din il-ħidma, iddawru listi ta’ standards internazzjonali, prattiki tajba u metodoloġiji talvalutazzjoni/ġestjoni tar-riskju fost is-setturi kollha li tkopri d-Direttiva NIS u ntużaw bħala kontribut għalloqsma u l-miżuri tas-sigurtà proposti. 32 31

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents