4.3. Ir-rekwiżiti tan-notifika Skont l-Artikolu 14(3), l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-operaturi tas-servizzi essenzjali jinnotifikaw “kwalunkwe inċident li jkollu impatt sinifikanti fuq il-kontinwità tas-servizzi essenzjali”. Għaldaqstant, l-operaturi tas-servizzi essenzjali ma jenħtiġilhomx jinnotifikaw kull inċident żgħir li jinqala’ iżda l-inċidenti serji biss li jaffettwaw il-kontinwità tas-servizzi essenzjali. Bħala inċident, l-Artikolu 4(7) jiddefinixxi “kwalunkwe avveniment li proprju għandu effett negattiv fuq is-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni”. It-terminu “sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni” hu ddefinit aktar fl-Artikolu 4(2) bħala “l-abbiltà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni li jirreżistu, f’livell partikolari ta’ fiduċja, kwalunkwe azzjoni li tikkomprometti d-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità jew ilkunfidenzjalità ta’ dejta maħżuna, mibgħuta jew ipproċessata jew is-servizzi relatati offruti minn, jew aċċessibbli permezz ta’, dawk in-netwerks u s-sistemi tal-informazzjoni”. Għaldaqstant, kwalunkwe każ li jaffettwa ħażin lid-disponibbiltà kif ukoll lill-awtentiċità, lillintegrità jew lill-kunfidenzjalità tad-dejta jew tas-servizzi relatati, potenzjalment jista’ jiskatta l-obbligu tan-notifika. Fil-fatt, il-kontinwità tas-servizz imsemmija fl-Artikolu 14(3) tista’ tiġi kompromessa mhux biss bid-disponibbiltà fiżika, iżda anki meta xi inċident tas-sigurtà ieħor jaffettwa l-provvista tajba tas-servizz33. Bħalissa għaddejja ħidma apposta fil-Grupp ta’ Koperazzjoni fuq linji gwida mhux vinkolanti dwar in-notifiki b’rabta maċ-ċirkostanzi meta l-operaturi tas-servizzi essenzjali jeħtieġ jinnotifikaw l-inċidenti skont l-Artikolu 14(7) u l-format u l-proċeduri tan-notifiki nazzjonali. Hu ppjanat li l-linji gwida jitlestew sar-raba’ kwart tal-2017. Id-differenzi fir-rekwiżiti nazzjonali tan-notifika jistgħu jwasslu għal inċertezza legali, proċeduri aktar kumplessi u kkumplikati, u spejjeż amministrattivi sinifikanti għall-fornituri li joperaw bejn il-fruntieri. Għalhekk il-Kummissjoni tapprezza l-ħidma tal-Grupp ta’ Koperazzjoni. Bħal fil-każ tar-rekwiżiti tas-sigurtà, il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri biex isegwu mill-qrib id-dokument gwida li jrid jiżviluppa l-Grupp ta’ Koperazzjoni ħalli ddispożizzjonijiet nazzjonali dwar in-notifika tal-inċidenti jkunu allinjati kemm jista’ jkun possibbli. 4.4. Id-Direttiva NIS, l-Anness III: il-Fornituri tas-Servizzi Diġitali Il-Fornituri tas-Servizzi Diġitali huma t-tieni kategorija ta’ entitajiet inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva NIS. Dawn l-entitajiet huma meqjusa bħala atturi ekonomiċi importanti għax jużawhom bosta negozji għall-forniment tas-servizzi tagħhom stess, u għalhekk it-tfixkil tas-servizzi diġitali jista’ jħalli impatt fuq l-attivitajiet ekonomiċi u tassoċjetà ewlenin. 33 Dan japplika wkoll għall-fornituri tas-servizzi diġitali. 32

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents