4.4.1. Il-kategoriji tal-fornituri tas-servizzi diġitali L-Artikolu 4(5) li jiddefinixxi servizz diġitali jirreferi għad-definizzjoni legali tal-punt (b) talArtikolu 1(1) tad-Direttiva (UE) 2015/1535 billi jdejjaq l-ambitu tat-tipi ta’ servizzi elenkati fl-Anness III. B’mod partikolari, il-punt (b) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva (UE) 2015/1535 jiddefinixxi dawn is-servizzi bħala “kull servizz normalment ipprovdut għal rimunerazzjoni, mill-bogħod, b’mezzi elettroniċi u fuq it-talba individwali ta’ riċevitur ta’ servizzi” u l-Anness III tad-Direttiva jelenka tliet tipi speċifiċi ta’ servizzi: is-suq online, il-magna tat-tiftix online u l-cloud computing. Meta mqabbel mal-operaturi tas-servizzi essenzjali, id-Direttiva ma teħtieġx li l-Istati Membri jidentifikaw il-fornituri tas-servizzi diġitali, li mbagħad ikunu soġġetti għall-obbligi rilevanti. Għaldaqstant, l-obbligi rilevanti tad-Direttiva, jiġifieri rrekwiżiti tas-sigurtà u tan-notifiki stabbiliti fl-Artikolu 16 se japplikaw għal kull fornitur tasservizzi diġitali fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Dawn it-taqsimiet jagħtu spjegazzjonijiet addizzjonali dwar tliet tipi ta’ servizzi diġitali inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva. 1. Fornitur fis-suq online Is-suq online jiftaħ il-bibien għal għadd kbir u varjat ta’ negozji biex iwettqu l-attivitajiet kummerċjali tagħhom fost il-konsumaturi u biex jibnu relazzjonijiet bejn in-negozji. Din tipprovdi infrastruttura bażika lill-kumpaniji biex jagħmlu kummerċ fuq l-internet u bejn ilfruntieri. Dawn jaqdu rwol sinifikanti fl-ekonomija, l-aktar għax jipprovdi aċċess usa’ lillSMEs għas-suq uniku diġitali tal-UE. Anki l-forniment ta’ servizzi remoti bil-kompjuter li jiffaċilitaw l-attività ekonomika tal-klijenti tagħhom, inkluż l-ipproċessar ta’ tranżazzjonijiet u l-aggregazzjoni ta’ informazzjoni fuq ix-xerrejja, il-fornituri u l-prodotti, jista’ jitqies waħda mill-attivitajiet tal-fornitur fis-suq online, u dan jgħodd ukoll għall-faċilitazzjoni tat-tiftix għal prodotti xierqa, il-provvista ta’ prodotti, l-għarfien espert fuq it-tranżazzjonijiet u t-tlaqqigħ tax-xerrejja u l-bejjiegħa. It-terminu “suq online” fl-Artikolu 4(17) u ċċarat aktar fil-premessa 15. Dan hu deskritt bħala servizz li jippermetti lill-konsumaturi u n-negozjanti jwettqu bejgħ jew kuntratti ta’ servizz blinternet ma’ negozjanti, u jirrappreżenta d-destinazzjoni finali għall-konklużjoni ta’ dawk ilkuntratti. Ngħidu aħna, il-fornituri bħal E-bay jistgħu jitqisu bħala suq online għax jippermettu lill-oħrajn biex jistabbilixxu ħwienet fuq il-pjattaforma tagħhom biex jagħmlu lprodotti u s-servizzi tagħhom disponibbli fuq l-internet għall-konsumaturi jew n-negozji. Minbarra dan, il-ħwienet tal-applikazzjoni fuq l-internet għad-distribuzzjonijiet talapplikazzjonijiet u tas-softwer jitqiesu li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ suq online għax jippermettu lill-iżviluppaturi tal-apps biex ibigħu jew iqassmu s-servizzi tagħhom lillkonsumaturi jew lil negozji oħra. B’kuntrast ma’ dan, l-intermedjarji ta’ servizzi ta’ partijiet terzi bħal Skyscanner u s-servizzi tat-tqabbil tal-prezzijiet li jidderieġu lill-utenti lejn ilwebsite tal-kummerċjant fejn jiġi konkluż il-kuntratt proprja tas-servizz jew tal-prodott, mhumiex koperti mid-definizzjoni tal-Artikolu 4(17). 33

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents