2. Fornitur ta’ magna tat-tiftix online It-terminu “magna tat-tiftix online” hu ddefinit fl-Artikolu 4(18) u ċċarat aktar fil-premessa 16. Dan hu deskritt bħala servizz diġitali li jippermetti lill-utenti biex fil-prinċipju jfittxu filwebsites kollha jew f’websites b’lingwa partikolari skont tiftixa fuq xi suġġett. Ilfunzjonalitajiet ta’ tiftix intern ġo website u l-websites tat-tqabbil tal-prezzijiet mhumiex koperti. Pereżempju t-tip ta’ magna tat-tiftix bħal dik mogħtija mill-EUR-Lex34 ma tistax titqies bħala magna tat-tiftix fis-sens tad-Direttiva għax il-funzjoni tat-tiftix tagħha hu limitat għall-kontenut intern ta’ dik il-website. 3. Fornitur tas-servizzi tal-cloud computing L-Artikolu 4(19) jiddefinixxi s-servizz tal-cloud computing bħala “servizz diġitali li jippermetti aċċess għal riżorsi tat-teknoloġija tal-informatika li kapaċi jespandu, li huma flessibbli u li jistgħu jiġu kondiviżi” u l-premessa 17 tikkjarifika aktar dwar it-terminu “riżorsi tat-teknoloġija tal-informatika li kapaċi jespandu, li huma flessibbli”. Fi ftit kliem, il-cloud computing jista’ jiġi deskritt bħala tip partikolari ta’ servizzi komputazzjonali li juża riżorsi kondiviżi biex jipproċessa d-dejta fuq talba, fejn ir-riżorsi kondiviżi jirreferu għal kwalunkwe tip ta’ komponent ta’ ħardwer jew softwer (eż. netwerks, servers jew infrastruttura oħra, ħażniet, applikazzjonijiet u servizzi) li jiġu rilaxxati fuq talba lill-utenti għall-ipproċessar tad-dejta. It-terminu “li jistgħu jiġu kondiviżi” jiddefinixxi rriżorsi komputazzjonali meta bosta utenti jkunu qed jużaw l-istess infrastruttura fiżika għallipproċessar tad-dejta. Ir-riżorsi komputazzjonali jistgħu jiġu ddefiniti li jistgħu jiġu kondiviżi meta l-ġabra tar-riżorsi użati mill-fornitur tkun tista’ tiżdied jew titnaqqas fi kwalunkwe ħin, skont il-ħtiġijiet tal-utenti. B’hekk, iċ-ċentri tad-dejta jew komponenti singoli f’ċentru taddejta wieħed jistgħu jiġu miżjuda jew jitneħħew jekk l-ammont totali tal-kapaċità komputazzjonali jew tal-ħażna tkun teħtieġ aġġornament. It-terminu “riżorsi...li huma flessibbli” jista’ jiġi deskritt bħala bidliet fl-ammont ta’ xogħol skont l-għoti u t-tneħħija tarriżorsi b’mod awtomatiku u b’mod li f’kull mument ir-riżorsi disponibbli jkunu kemm jista’ jkun jaqblu mad-domanda attwali35. Daż-żmien jeżistu tliet tipi ta’ mudelli ta’ servizzi tal-cloud computing li fornitur jista’ joffri:  Infrastruttura bħala Servizz (IaaS): Din hi kategorija ta’ servizzi tal-cloud computing fejn it-tip ta’ kapaċitajiet tal-cloud computing mogħti lill-klijenti hu infrastruttura. Din tinkludi l-għoti virtwali ta’ riżorsi komputazzjonali fil-forma ta’ ħardwer, networking u servizzi tal-ħażna. Infrastruttura bħala Servizz (IaaS) tipprovdi l-enerġija lis-servers, il-ħażniet, innetwerks u s-sistemi operattivi. Din tipprovdi infrastruttura tal-intrapriża fejn negozju 34 Dan id-dokument jinsab fuq http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt Nikolas Roman Herbst, Samuel Kounev, Ralf Reussner, mill-Istitut tat-Teknoloġija ta’ Karlsruhe, “Elasticity in Cloud Computing: What It Is, and What It Is Not”, li jinsab fuq https://sdqweb.ipd.kit.edu/publications/pdfs/HeKoRe2013-ICAC-Elasticity.pdf. Ara wkoll il-paġni 2-5 talCOM(2012) 529. 35 34

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents